Maurits Cornelis Escher: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.3) (Bot Żieda: stq:Maurits Cornelis Escher
Linja 16:
[[Stampa:250px-DrawingHands.jpg|thumb|250px|''Idejn ipinġu'', 1948]]
 
L-ewwel stampa ta' Escher ta' realtà impossibbli kienet ''Natura mejta u triq'', 1937. L-espressjoni artistika tiegħu ma ħoloqhiexħalaqhiex direttament minn osservazzjonijiet u vjaġġi f'pajjiżi oħra imma minn xbihat ġejjin minn moħħu. Fost l-eżempji l-oħra magħrufin sewwa tax-xogħol tiegħu insibu ''Idejn ipinġu'', xogħol li fih naraw żewġ idejn, waħda tpinġi lill-oħra; ''Sema u ilma'', li fih jilgħab bid-dawl u d-dell biex jisfuma l-isfond tal-ilma wara l-ħut f'xbihat ta' għasafar bl-isfond tas-sema; u ''Telgħin u niżlin'', fejn ringieli ta' nies jitilgħu u jinżlu taraġ f'ħolqa infinita, fuq bini li mhux possibbli li jimbena imma possibbli li jitpinġa permezz ta' stramberiji fil-perċezzjoni u l-prospettiva.
 
Ħadem primarjament fil-vejikli tal-litografija u l-inċiżjoni fl-injam, għalkemm il-ftit mezzitinti li wettaq huma meqjusa bħala kapolavuri ta' din it-teknika. Fl-arti grafika tiegħu juri relazzjonijiet matematiċi bejn forom, figuri u spazju. Barra minn hekk, esplora figuri mħabblin flimkien bl-użu tal-iswed u abjad biex jenfasizzaw d-dimensjonijiet differenti. Integrati fl-istampi tiegħu insibu riflessi fil-mera ta' koni, sferi, kubi, ċrieki u spirali.