Għenba tax-xewk: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m r2.7.3) (Bot Żieda: te:కేశ ఉసిరి; kosmetiċi bidliet
Linja 17:
L-'''Għenba tax-xewk''', (''Ribes uva-crispa'', [[synonymy|syn.]] ''R. grossularia'') hi speċi tar-''[[Ribes]]'', indiġena fl-[[Ewropa]], l-[[Afrika]] tal-majjistral, u l-[[Asja]] tal-punent, nofinhar u l-lbiċ. Hi waħda minn bosta speċi simili tas-sottoġeneru ''Grossularia'' u m'għandha x'taqsam xejn ma' l-[[għenba|għeneb]] (ġeneru Vitis) ħlief fid-dehra.
 
Minkejja li s-soltu hi kklassifikata bħala sottoġeneru fir-''Ribes'', xi tassonomisti iqisu l-''Grossularia'' bħala ġeneru separat, għalkemm jista' jkun hemm [[ibridi]] bejn l-għenba tax-xewk u l-[[kassis]] (e.g., il-[[Jostaberry]]). Is-sorroġeneru ''Grossularia'' hu differenti mill-kassis l-iżjed fiz-zkuk li għandhom ix-xewk u fil-fjuri li jikbru waħidhom jew f'pari u mhux f'[[raċem|raċemi]]i.
 
Il-frott tal-arbuxxelli jittiekel u hu mkabbar fuq skala domestika u kommerċjali.
 
__TOC__
[[FileStampa:Gooseberry1.jpg|thumb|upright|left|160px|Għeneb tax-xewk (varjetà Jewettà) - akwatint 1894]]
 
== Kif tikber u karatteristiċi fiżiċi ==
L-għeneb tax-xewk jikber f'arbuxxelli mħabbla li jogħlew bejn 1m u 3m. Iz-zkuk tiegħu, mimlijin xewk iniggeż ħafna, joħorġu wieħed wieħed jew fi friegħi ta' tnejn jew tlieta mill-qiegħ ta' zkuk qsar jew fuq frieghi laterali. Il-fjuri f’għamla ta’ kniepen joħorġu waħda waħda jew f’pari minn gruppi ta’ weraq fit-tond maqtugħin il-ġewwa sewwa fi tliet jew ħames tebqiet. Il-frott selvaġġ hu iżgħar minn dak tal-varjetajiet koltivati, imma s-soltu jkollu togħma tajba. Ġeneralment hu sufi barra minn f’varjetà waħda, ''R. uva-crispa''. Il-kulur is-soltu hu aħdar imma hemm varjanti ħomor u kultant ikun hemm bakek vjola skuri.
 
== Firxa ==
L-għeneb tax-xewk hu indiġenu f'ħafna partijiet tal-[[Ewropa]] u l-[[Asja]] tal-punent, nofsinhar u lbiċ u jikber min-natura fl-arbuxelli alpini u msaġar imġebblin fir-reġjuni baxxi minn [[Franza]] lejn il-lvant u l-ġewwa fil-[[Himalaya]] u l-[[Indja]] peniżolari.
 
Linja 33:
 
Għalkemm illum l-għeneb tax-xewk hu komuni fuq iż-żrieżaq tal-baxx tal-[[Alpi]] tal-Piedmonte u tas-Savojja, m'aħniex żguri jekk ir-Rumani kinux jafu bih, imma jista’ jkun li hu msemmi f'silta vaga fl-[[Storja Naturali|iStorja Naturali]] ta' [[Plinju x-Xiħ]]; is-sjuf sħan tal-[[Italja]], fl-antik bħal ta' llum, ma kinux jiffavorixxu il-koltivazzjoni tiegħu. Minkejja li l-għeneb tax-xewk issa hu abundanti fil-[[Ġermanja]] u [[Franza]], jidher li fil-medju evu ma kinux ikabbruh wisq, imma l-frott selvaġġ kienu jqisuh utli fil-mediċina billi l-meraq aċituż tiegħu għandu l-propjetà li jberred il-ġisem fil-mard; waqt li l-kelma bl-Ingliż antik, ''Fea-berry'', li għada tintuża f’xi djaletti provinċjali, turi li kellu l-istess valur fil-[[Renju Unit|Brittannja]], fejn bdew minn kmieni jħawluha fil-ġonna. Hemmhekk tant ilu kkoltivat l-għeneb tax-xewk li diffiċli tiddistingwi arbuxxelli selvaġġi li tnisslu minn xtieli ikkoltivati u dawk li huma parti mill-flora indiġena tal-gżira.
[[FileStampa:Stachelbeere (Ribes uva-crispa).jpg|thumb|upright|Għeneb tax-xewk aħmar]]
 
== Klima ==
Mill-mijiet ta' varjetajiet imsemmijin fix-xogħlijiet ortikulturali riċenti, forsi ftit iħabbtuha fit-togħma mal-''Old Rough Red'' u ''Hairy Amber''. Il-[[klima]] tal-Gżejjer Brittaniċi tidher li hi ideali biex jitkabbar l-għeneb tax-xewk u jista’ jitkabbar anki fil-partijiet tal-[[Skozja|Iskozja]] l-iżjed 'l fuq fejn jissejjaħ "grozet"; anzi t-togħma tiegħu titjib iżjed ma titla' 'l fuq. Fin-[[Norveġja]] (fejn jissejjaħ "stikkelsbær" — jew "bakka xxewwek"), l-għeneb tax-xewk jiffjorixxi fil-ġonna tal-kosta tal-punent kważi saċ-[[Ċirku polari Artiku]], u jinstab 'l fuq sa 63°. Is-sjuf nixfin ta' Franza u l-Ġermanja ma taqbilx miegħu għalkemm jitkabbar b’xi suċċess f’xi distretti għoljin. L-għeneb tax-xewk fin-nofsinhar tal-Ingilterra jikber tajjeb fil-frisk u wieħed jista' jsibu fil-ġonna ħdejn [[Londra]] fejn jikber fin-nofs dell taħt is-siġar tat-[[Tuffieħa|tuffieħ]]; imma fit-tramuntana jkollu bżonn ikun espost għax-xemx biex isir perfett. Imur tajjeb f’kważi kull kwalità ta' ħamrija, imma jippreferi ħamrija b’materja organika jew jew sediment alluvjonali, u minkejja li minn natura hu pjanta ta' postijiet pjottost nixfin, immur tajjeb f'ħamrija niedja jekk tkun skulata sewwa.
 
Linja 41:
[[Stampa:gooseberry sectioned.jpg|thumb|left|Għeneb tax-xewk maqsumin juru ż-żerriegħa]]
 
== Kultivazzjoni ==
 
L-eħfef metodu għall-propagazzjoni tal-għeneb tax-xewk hu bit-tħawwil tal-biċċiet maqtugħin mix-xitla, ħafna eħfef milli miż-żerriegħa. Biċċiet maqtugħin fil-ħarifa jaqbdu malajr u jibdew jagħtu l-frott fi ftit snin.
Linja 50:
[[Stampa:Illustration Ribes uva-crispa0.jpg|thumb|upright|''Ribes uva-crispa''<ref>Prof. Dr. Otto Wilhelm Thomé ''Flora von Deutschland, Österreich und der Schweiz'' 1885</ref>]]
 
== Insetti ta' ħsara u mard ==
L-arbuxxelli tal-għeneb tax-xewk huma vulnerabbli għad-dud tal-baħrija ''[[Abraxas grossulariata]]''. Fil-kultivazzjoni, l-aħjar metodu biex teħles minnhom hu li tneħħi l-larvi b'idejk malli jfaqqsu; din tbid il-bajd fuq il-weraq tal-għeneb tax-xewk li jaqgħu.
 
Linja 59:
Ninnotaw li bħall-parti l-kbira tar-''[[Ribes]]'', l-għeneb tax-xewk jista' jospita l-fungu [[Cronartium ribicola]], li jista' tagħmel ħsara kbira lill-arżnu tat-tip ''pinus strobus''; għalhekk il-koltivazzjoni tal-għeneb tax-xewk hi projbita f'ċerti reġjuni tal-Istati Uniti.
 
== Użi fil-kċina ==
[[Stampa: Gooseberries in China 01.jpg|thumb|right|150px|Għeneb tax-xewk għall-bejgħ f'Hainan, iċ-Ċina]]
L-għeneb tax-xewk jintuża sikwit bħala ingredjent fid-deżerta, bħal torti u ''crumbles''. Jintuża wkoll biex jagħti t-togħma x-xorb u jista’ jsir minnu imbid jew tiżani. L-għeneb tax-xewk jista' jiġi kkonservat bħala ġamm, frott imnixxef jew fis-siropp taz-zokkor.
 
== Ħoloq esterni ==
[http://commons.wikimedia.org/wiki/Ribes_uva-crispa]
 
== Referenzi ==
{{referenzi}}
 
 
[[Kategorija:Bakek]]
Line 125 ⟶ 124:
[[stq:Kjuusbäie]]
[[sv:Krusbär]]
[[te:కేశ ఉసిరి]]
[[tl:Gansang-ratiles]]
[[tr:Bektaşi üzümü]]