Ġiljan l-Ospitalier: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 16:
|patrun=Il-lukandiera, vjaġġaturi, San Ġiljan, Malta, Macerata, l-Italja, Gent, il-Belġju.
}}
San '''Ġiljan l-Ospitalier''' huwa qaddis tal-[[Knisja Kattolika]].
 
Ħafna studjużi tal-ħajjiet tal-qaddisin huma tal-fehma li dak li nafu dwar San Ġiljan l-Ospitalier huwa għal kollox leġġendarju. Uħud jaħsbu li twieled fi [[Franza]], f’Le Mans. Oħrajn jgħidu li twieled f’Ath fil-[[Belġju]], għall-ħabta ta’ nofs is-seklu 7 wK. (<ref>Għal din ir-raġuni fil-festa ta’ San Ġiljan, f'San Ġiljan, Malta, in-nies tal-post iżejnu bil-kuluri tal-bandiera Belġjana: iswed, isfar u aħmar.)</ref> U oħrajn ħasbu li ġie minn [[Napli]]. L-iktar ħaġa magħrufa fuq dan il-qaddis hija li qatel lill-ġenituri tiegħu. Tant li għandna qawl jew espressjoni Maltija li tgħid hekk: ‘San Ġiljan qatel ’l ommu u lil missieru u sar qaddis!’. Jingħad li dan għamlu bi żball, u li meta ntebaħ mar Ruma biex jinħafirlu dnubu. Għal dan il-għan jingħad ukoll li bena sptar għall-pellegrini fuq ix-xtut tax-xmara Gardon, fi Provenza, jew forsi fl-inħawi ta’ Isola qrib ix-xmara Potenza, ħdejn [[Macerata]].
 
== Il-Leġġenda ==
Linja 35:
== Id-devozzjoni lejn San Ġiljan f'Malta ==
Id-devozzjoni lejn San Ġiljan jidher li daħlet fil-ġżejjer Maltin fis-seklu ħmistax wara li fl-1442 instabu r-relikwji tiegħu fil-belt ta’ Macerata. Billi l-Isqof de Astis ta’ Macerata kellu rabtiet mal-familja nobbli De Astis li kienet minn ta’ quddiem f’[[Malta]], jidher li kienu huma li daħħlu din id-devozzjoni. Qabel il-miġja tal-[[Kavallieri ta' San Ġwann|Kavallieri]] kien hawn tliet knejjes f’Malta ddedikati lil dan il-qaddis: f’Tabija, qrib l-[[Imdina]], f’[[Ħal-Luqa]] u l-[[Isla]]. Tal-Isla hija l-aktar interessanti għax kienet marbuta ma’ riserva għall-kaċċa, karatteristika tal-qaddis. Il-knisja fl-Isla għenet biex tikber id-devozzjoni lejn San Ġiljan fost il-baħħara ta’ madwar il-[[Port il-Kbir]], kif joħroġ mill-fatt li mriekeb b’kaptani mill-[[Birgu]] ssemmew għalih fis-seklu sittax. Karatteristika oħra tal-kult tal-qaddis torbtu mal-isptarijiet u mad-djar tal-ospizju. Fis-seklu sittax kien jeżisti sptar fiċ-[[Ċittadella]] t’[[Għawdex]] magħruf bħala Ospedale di San Giuliano. Meta ġew il-Kavallieri ta’ San Ġwann, billi kienu ordni ta’ Ospitalieri, xerrdu ħafna d-devozzjoni lejn San Ġiljan l-Ospitalier. Fl-1539 bnew mill-ġdid il-Knisja tal-Isla u fl-1590 bnew mill-ġdid dik ta’ San Ġiljan fil-parroċċa ta’ [[Birkirkara]], fl-inħawi li fi tmiem is-seklu sittax bdew jissejħu San Ġiljan propju minħabba l-knisja ddedikata għalih. Fl-1891, din il-knisja saret parroċċa, l-ewwel u l-unika waħda f’Malta ddedikata lil San Ġiljan l-Ospitalier. Qabel ir-riforma fil-Kalendarju tal-Qaddisin it-tifkira ta’ San Ġiljan kienet issir fis-27 ta’ [[Jannar]]. Illum issir fit-12 ta’ [[Frar]], għalkemm fir-raħal Malti ta' San Ġiljan baqgħet issir fis-27 ta' Jannar.
==Noti==
{{Referenzi}}
 
== Links Esterni ==