Sant'Ambroġju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: {{Mudell:Infobox qaddis |stampa=AmbroseOfMilan.jpg |desk_stampa=Mużajk bikri ta' ''Ambroġju'' li jista' jkun ritratt veru. |data_twelid=339 |post_twelid=Trier, il-[[Ġermanj...
 
No edit summary
Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
{{Mudell:Infobox qaddis
|stampa=AmbroseOfMilan.jpg
|desk_stampa=Mużajk bikri ta' ''Ambroġju'' li jista' jkun ritratt veru.
|data_twelid=339
|post_twelid=[[Trier]], il-[[Ġermanja]]
|data_mewt=4 ta' April, 397
|post_mewt=[[Milan]], l-[[Italja ]]
|data_beatifikazzjoni=
|post_beatifikazzjoni=
Line 17 ⟶ 18:
|patrun=Dawk li jrabbu n-naħal, dawk li jagħmlu x-xema', annimali domestiċi
}}
San '''Sant'Ambroġju''' huwa wieħed mill-erba’erba' Santi Padri ewlenin tal-Punent, flimkien ma’ma' Santu Wistin, San Ġilormu u l-Papa San Girgor il-Kbir. Huwa kien isqof ta’ta' Milan u wieħed mill-figuri ewlenin tal-Knisja tar-raba’raba' seklu.
 
Ambroġju twieled fi Trier fil-Ġermanja, parti mill-Imperu Ruman, meta missieru kellu f’idejhf'idejh il-prefettura tal-Gallja, għall-ħabta tas-sena 340. Kien ġej minn familja aristokratika u Nisranija. Missieru miet qasir il-għomor, u fis-sena 353 ommu ħadet lilu u liż-żewġ ħutu Ruma. Hemm tgħallem ir-rettorika u studja għal avukat. Ħadem bħala avukat fis-sena 368 fil-prefettura ta’ta' Sirmju.
 
Qrib is-sena 370 hu nħatar konslu tal-Ligurja u tal-Emilja, bis-sede tiegħu f’Milanf'Milan. Xhieda tat-tmexxija għaqlija tiegħu huwa l-fatt li wara l-mewt tal-Isqof Arjan Awsenzju, waqt li hu bħala konslu tal-provinċja kien qiegħed iżomm l-ordni fost il-popolazzjoni Milaniża mifruda ħabba l-ereżija Arjana, kemm il-Kattolici kif ukoll l-Arjani bdew jgħajtu li riedu lil Ambroġju isir Isqof ta’ta' Milan. Billi kien għadu biss katekumenu, l-ewwel irċieva l-magħmudija u ġimgħa wara ġie ordnat saċerdot, u kkonsagrat isqof, fis-7 ta’ta' Diċembru 374. Dakinhar Ambroġju ta ġidu kollu għall-Knisja u l-foqra ta’ta' Milan. Biex ikun jista’jista' jħejji sewwa, Ambroġju qagħad taħt id-direzzjoni tal-qassis anzjan Simpliċjan li ħarrġu fil-qari u t-tifsir tal-Bibbja (li kellha ssir kollox għal Ambroġju), fit-twemmin tal-fidi nisranija u fil-kitba ta’ta' Missirijiet il-Knisja Griega billi hu kien ġa jaf sewwa l-Grieg. Studja wkoll bosta kitbiet tal-Lhud u ta’ta' awturi pagani bħal Filone u Plotinu.
 
Fil-bidu tal-episkopat tiegħu hu kellu kuntatti tajbin ħafna mal-Imperatur Valentinjanu I li approva mill-ewwel l-għażla tiegħu bħala Isqof ta’ta' Milan, iżda sena wara Valentinjanu miet fi żmien il-gwerra ta’ta' fuq id-Danubju. Ambroġju sar predikatur qawwi tal-Kelma t’Allat'Alla li kien assimila. Meta ma kienx ikun qed jaqdi lin-nies fil-ħtiġjiet tagħhom (dawn kienu jiffurmaw kjuwijiet twal kuljum) kien jinxteħet jistudja l-Iskrittura u jikteb. Fis-sena 377, Ġustina, omm l-Imperatur Grazjanu (375-383), li kien filo-Arjan, riedet tieħu taħt idejha l-knisja ta’ta' Ambroġju. Ambroġju għamel speċi ta’ta' sit-in strike meta żamm in-nies fil-knisja ikantaw bil-lejl u bi nhar. Fost in-nies f’dikf'dik il-knisja kien hemm Santa Monika, omm Santu Wistin. Is-suldati ta’ta' Ġustina dawru l-knisja imma wara tlett ijiem kienu ordnati jirtiraw, u hekk il-knisja baqgħet f’idejnf'idejn l-Isqof Ambroġju. Santu Wistin intlaqat ferm minn dan il-fatt: “li l-Insara kienu lesti jmutu mal-isqof tagħhom” u fi żmien meta Wistin kien għadu xettiku xi ħaġa bdiet tiċċaqlaq fih meta kiteb: "Aħna ukoll, minkejja li konna spiritwalment bierda, ħadna sehem fl-eċitament tal-poplu kollu" (Stqarrijiet 9,7). Iżjed tard Ambroġju iltaqa’iltaqa' ma’ma' Grazjanu u dan talbu jgħallmu l-kredu Niċean. Ir-rabta li nbniet bejn Ambroġju u Grazjanu għenet biex jissaħħaħ l-isforz kattoliku kontra l-Arjaniżmu fl-Imperu.
Fis-sena 383 Grazjanu kien assassinat.
 
Fis-sena 390 beda jaħkem l-Imperatur Teodosju. Fis-sajf ta’ta' dik is-sena dan ried li jikkastiga lill-poplu ta’ta' Tessalonika minħabba nuqqas ta’ta' ubbidjenza lejh, u għamel massakru sħiħ minnhom. Ambroġju għamel li seta’seta' biex iżomm lill-Imperatur milli jwettaq din il-ħerba, imma ma rnexxielux. Wara li seħħ il-massakru Ambroġju ried li l-Imperatur Teodosju jagħmel penitenza pubblika qabel ma jitħalla jidħol mill-ġdid fil-Knisja u jersaq għas-sagramenti, kif fil-fatt kellu jagħmel.
 
San Ambroġju miet f’Milanf'Milan wara marda qasira li qabditu meta kien qed jerġa’jerġa' lura minn Pavia fil-Vġili tal-Għid tal-4 ta’ta' April tas-sena 397. Kellu inqas minn sittin sena.
 
{{DEFAULTSORT:Ambroġju Sant'}}
[[Kategorija:QaddisinMietu fit-397]]
[[Kategorija:Dutturi tal-Knisja Kattolika]]
[[Kategorija:Teoloġi Kristjani]]
[[Kategorija:Qaddisin Taljani]]
 
[[ar:أمبروز]]