Santa Katerina ta' Siena: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 26:
Fl-epidemija tal-pesta, fl-1374, kienet tieħu ħsieb lil dawk li kienu jimirdu, iddur bihom u tgħinhom, u ġie li anke difnithom hi stess meta mietu.
 
Ħadmet u għenet ħafna L-Knisja meta kienet għaddejja minn wieħed miż-żminijiet tqal tagħha. Fl-1377, ikkonvinċiet lill-[[Papa Girgor XI]] biex iħalli [[Papat ta' Avignon|Avignon]], [[Franza]] u jmur [[Ruma]]. Ġara li meta miet, floku ġie elett il-Papa Urbanu VI f’Ruma, u f’Avignon ġie elett Papa ieħor bl-isem ta’ Klement VII, u warajh Benedittu XIII, li għal xi żmien kien appoġġat minn [[San Vinċenz Ferrer|Vinċenz Ferrer]], sakemm fl-1414, il-Konċilju ta’ Kostanza saħaq li Benedittu XIII għandu jirriżenja, u fl-1416, iddepożitah. Hi ħadmet bla heda biex tara l-Knisja magħquda mal-Papa leġittimu Urbanu VI.
 
Santa Katerina kitbet id-“Djalogu”, ktieb li jikkonsisti fi djalogi bejn Alla u r-ruħ; madwar erbaq’ mitt ittra lill-Papiet, mexxejja ta’ pajjiżi u nies prominenti, li juru l-fond ta’ l-ispiritwalita’ u tal-għerf tagħha; u kitbiet oħrajn.