Pesta s-sewda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
Il-'''pesta s-sewda''' kienet [[pandemija]] ta' [[pesta bubonika]] (għalkemm xi wħud jaħsbu li ma kinetx bubonika xejn imma kienet ta' tip ieħor<ref> [http://news.bbc.co.uk/hi/english/health/newsid_1925000/1925513.stm BBC news story on controversy over Black Death origins]</ref><ref>Mark Derr, "New Theories Link black Death to Ebola-Like Virus", ''The [[New York Times]]'', Science Section, October 2, 2001 </ref>) li qerdet parti kbira mill-populazzjonipopolazzjoni [[Ewropa|Ewropea]] bejn l-1347 u l-1350.<ref>[http://classes.bnf.fr/franc/reperes/contexte.htm Le contexte historique de la création du franc - La Peste noire, Bibliothèque nationale de Franc, 15 ta' Settembru 2007]</ref><ref>Louis Bréhier, ''Le monde byzantin : Vie et mort de Byzance'', Albin Michel, L'Évolution de l'Humanité,
ISBN:978-2226171023, [http://classiques.uqac.ca/classiques/brehier_louis/monde_byzantin/brehier_vie_et_mort_byzance.pdf]
</ref> Din ma kinetx l-ewwel jew l-aħħar epidemija ta' dan it-tip, imma hi biss tissejjaħ hekk. Kienet l-ewwel waħda li l-kronisti ddeskrivew tajjeb.
 
[[Stampa:Black Death.jpg|thumb|350px|right|Stampa tal-Pesta s-Sewda meħuda mill-[[Bibbja]] ta' Toggenburg (1411)]]
Jaħsbu li l-pesta s-sewda f'ħames snin kienet il-kawża tal-mewt ta' nofs il-populazzjonipopolazzjoni tal-Ewropa, xi 25 miljun ruħ. <ref> Fra Bruno Halioua, ''Histoire de la médecine'' 2004, Masson ISBN:2294010566
[http://books.google.com/books?id=I2iwJDj8G7MC&printsec=frontcover&output=text#PPA103,M1 Kapitlu: La grande peste ou peste noire]
</ref>, u x'aktarx l-istess numru fl-Asja, jiġifieri xi 50 miljun b'kollox. Il-pesta s-sewda kellha konsegwenzi permanenti fuq iċ-ċivilizazzjoni Ewropea, iżjed u iżjed billi wara din l-ewwel mewġa, il-marda reġgħet dehret f'bosta mill-pajjiżi milquta (pereżempju bejn l-1353 u l-1355 [[Franza]], bejn l-1360 u l-1369 l-[[Ingilterra]], etc.)
 
==L-epidemji ta' qabel==
Il-[[Medjuevu]] kien imsallab b'ħafna epidemji. Fis-seklu VII, il-[[Pesta ta' Ġustinjanu]] ħarbtet l-[[Imperu Ruman ta' Lvant]] u żgur li kienet il-kawża tal-populazzjonipopolazzjoni baxxa fil-[[Medjuevu|Medjuevu Għoli]]<ref>'''Medjuevu Għoli''' (imsejjaħ ukoll "is-sekli mudlama"), li jinfirex mis-seklu V sas-seklu X hu kkaratterizzat minn kondizzjonijiet ekonomiċi ħżiena ħafna u invażjonijiet kontinwi mis-[[Slavi]], [[Għarab]], [[Normanni]] u [[Maġjari]];</ref> fl-Ewropa . Mill-[[Antikità]] il-[[ġdim]] kien jitfaċca b‘mod kroniku . Epidemji oħra ftit jew wisq virulenti u lokalizzati imma sikwit mhux identifikati tajjeb kienu jfaqqgħu 'l hemm u 'l hawn. Barra forsi l-[[ergotiżmu]]<ref> '''Ergotiżmu''' hu l-effett ta' avvelenament fit-tul mill-inġestjoni tal-alkolojdi prodotti mill-fungus Claviceps purpurea li tinfetta s-segali u ċereali oħra. Ħu magħruf ukoll bħala ergotossikożi, avvelenament ergot u n-nar ta' Sant Antnin.</ref> li l-kawża tiegħu kienet intossikazzjoni mill-ikel, il-parti l-kbira tal-epidemji kienu jiġru fl-istess żmien mal-[[karestija|ġwieħ]] u l-[[karestija|karestiji]] li kienu jdgħajfu l-populazzjonipopolazzjoni.
 
==Kronoloġija==
Linja 19:
L-assedju waqaf għax ma' kienx hemm biżżejjed ġellieda b'saħħithom. Ġenova u t-Tatari iffirmaw armistizju u l-bastimenti Ġenwiżi telqu mill-belt u ferrxu l-pesta f'kull port fejn waqfu. Il-marda waslet [[Messina]] f'Settembru 1347<ref>Deskritta minn [[Michele de Piazza]] fil-kronaki tiegħu ''Historia Secula ab anno 1337 ad annum 1361''</ref>, [[Ġenova]] u [[Marsilja]] f'Diċembru tal-istess sena. [[Venezja]] intlaqtet f'Ġunju 1348. F'sena kullimkien fil-[[Mediterran]] kien intlaqat.
 
Minn hemm, il-pesta ħarbtet l-[[Ewropa]] kollha min-nofsinhar għat-tramuntana, iżjed u iżjed billi sabet art tajba: il-populazzjonipopolazzjoni ma kellhiex l-[[antikorpi]] kontra dan il-varjanti tal-[[baċillu]] tal-pesta, u kienet iddgħajfet b'[[karistija]] wara l-oħra,<ref>l-iżjed il-ġuħ il-kbir tal-1315 sal-1322</ref> mill-epidemji <ref>l-iżjed it-[[tifu]]</ref> minħabba li l-klima kienet kesħet mill-aħħar tas-seklu XIII, u mill-gwerer<ref>fosthom il-[[Gwerra ta' Mitt Sena]], li bdiet fl-1336</ref>. Fattur ieħor importanti kien il-fatt li fil-punent tal-Ewropa, il-[[far]] kbir mil-Lvant ''Rattus norvegicus'' infirex għad-dannu tal-far żgħir Ewropej ''Rattus rattus'', u l-qtates kienu kważi għebu fis-seklu XIV minħabba s-superstizzjoni u mingħajrhom il-populazzjonipopolazzjoni tan-[[nemes]] reġgħet kibret daqs qabel.
 
===Kif infirxet===
[[Stampa:Pesta s-sewda malti.jpg|thumb|450px|right|Mappa tal-tifrix tal-pesta s-sewda]]
 
Il-pesta s-sewda infirxet bħal mewġa imma ma damitx għal żmien twil fil-postijiet milquta. Ir-rata tal-mortalità ta' xi 30 % tal-populazzjonipopolazzjoni totali (u minn 60 sa 100 % tal-populazzjonipopolazzjoni infettata) kienet hekk li l-iżjed dgħajfa mietu malajr, u l-flaġell ma damx iżjed minn medja ta' sitta jew disa' xhur.
 
Minn [[Marsilja]] (Novembru 1347), ma damitx ma laħqet [[Avignon]] (Jannar 1348), li dak iż-żmien kienet il-belt papali u salib it-toroq tad-dinja nisranija, u għalhekk qalba perfetta għat-tixrid tal-pesta. Laħqet [[Pariġi]] f'Ġunju tal-1348, u sa Diċembru tal-1348, l-Ewropa t'isfel mill-[[Greċja]] sal-[[Ingilterra]] kienet intlaqtet. Nafu li l-pesta s-sewda waslet fil-gżejjer [[Malta|Maltin]] fl-1348. F'Diċembru 1349, ġriet mal-[[Ġermanja]] kollha, id-[[Danemarka]], l-[[Ingilterra]], [[Galles]], ma' parti kbira tal-[[Irlanda]] u l-i[[Skozja]]. Wara baqet timxi lejn il-lvant u t-tramuntana u fl-1350 ħarbtet l-i[[Skandinavja]], imbagħad fl-1351 intilfet fil-pjanuri vasti bla abitanti tar-[[Russja]]. Ta' min jinnota li mixja tagħha ma kinetx omoġenja. Mhux ir-reġjuni kollha intlaqtu bl-istess mod u xi rħula u ċerti bliet bħal [[Brugge]], [[Milan]] u [[Nuremberg]] ħelsuha permezz ta' meżuri drastiċi biex ma jħallux nies jidħlu, u ġara l-istess f'[[Béarn]] u l- [[Polonja]] (ara l-mappa faċċata).
Linja 34:
* Id-dħul mill-art naqas ħafna minħabba li tbaxxew iċ-ċnus u għolew il-pagi.
* Twaqqfu fratellanzi ta' [[flagellanti]] biex jippruvaw ippattu għal dnubiethom qabel l-[[Apokalissi]], għax kienu jaħsbu l-pesta ma kinetx ħlief il-ħabbara ta' dan.
* Il-Lhud, iż-żingari, in-nomadi u populazzjonipopolazzjoni oħra ġeneralment magħrufa bl-isem ta' [[agots]] jew [[agotes]], kienu akkużati mill-populazzjonipopolazzjoni li avvelenaw il-bjar u għalhekk ġew ippersegwitati minkejja l-protezzjoni tal-[[papa]] [[Klement VI]] (ara hawn taħt).
 
Il-pesta għamlet impressjoni wkoll fuq l-arti, per eżempju iż-[[Żifna tal-Mewt]] u x-xogħol ta' [[Bocaccio]] id-"Decameron".
Linja 40:
==Il-mortalità==
[[Stampa:Doktorschnabel 430px.jpg|thumb|right|250px|Tabib liebes il-maskra karatteristika ta' żmien il-pesta. Il-munqar twil kien ikun fih il-ħwawar biex itaffi mir-riħa tal-kadavri (inċiżjoni tal-1656).]]
Is-sorsi dokumentarji huma skarsi wisq u ġeneralment jikkopraw perjodu itwal, imma għall-inqas jagħtuna idea raffa. L-istoriċi jestimaw li l-proporzjon tal-mejtin kien bejn 30 % u 50 % tal-populazzjonipopolazzjoni Ewropea. Il-bliet kienu milquta iżjed bl-aħrax mill-irħula minħabba l-konċentrazzjoni tal-populazzjonipopolazzjoni, imma wkoll minħabba l-ġuħ u l-problemi tal-għaks. Jidher li fl-[[Ewropa]], il-populazzjonipopolazzjoni kienet ilha niżla mill-bidu tas-seklu XIV, minħabba l-għaks u l-eċċess tal-populazzjonipopolazzjoni. Din baqgħet nieżla sal-bidu tas-seklu XV, u niżlet iżjed malajr bil-pesta.
 
[[Franza]], bejn l-1340 u l-1440, il-populazzjonipopolazzjoni naqset minn 17 għal 10 milljuni, jiġifieri nuqqas ta' mill-inqas 42 %. Ir-reġistru parrokkjali ta' Givry (Saône-et-Loire), wieħed mill-iżjed preċiżi juri li minn xi 1,500 abitant, kien hemm 649 midfunin fl-1348, li minhom 630 kienu bejn Ġunju u Settembru. Għal parroċċa li s-soltu jkollha xi 40 biss midfunin dan iffisser li l-pesta qatlet 40.6 %.
 
L-istoriċi ġeneralment jaqblu li fl-[[Italja]], l-pesta qatlet mill-inqas nofs l-abitanti. [[Milan]] biss jidher li ħeles, però, is-sorsi huma skarsi u impreċiżi fuq dan is-suġgett. Is-sorsi kontemporanji jagħtu rata ta' mortalità tal-biża': tmienja minn għaxra [[Firenze]], tlieta minn erbgħa [[Venezja]], etc.
 
Fi [[Spanja]], il-pesta setgħet qerdet minn 30 sa 60% tal-populazzjonipopolazzjoni, l-iżjed f'[[Aragona]] (disa' mewġiet bejn l-1348 u l-1401).
 
Fl-[[Awstrija]], kien hemm 40,000 vittma fi [[Vjenna]] u 25 sa 35% tal-populazzjonipopolazzjoni nqerdet.
 
L-[[Ingilterra]] l-iżjed li ħallietilna sorsi u paradossalment dan jagħmel l-estimazzjoni tar-rati l-iżjed diffiċli għax l-istoriċi jibbażaw il-kalkulazzjonijiet tagħhom fuq dokumenti differenti. Iċ-ċifri proposti huma bejn 20 sa 50 %. Mentri, l-istimi tal-populazzjonipopolazzjoni juru li bejn l-1300 u l-1450 naqset b'45 sa 70 %. Anki jekk il-populazzjonipopolazzjoni kienet nieżla qabel il-pesta, xorta l-istima ta' 20% mhux kredibbli, l-iżjed billi dawn ir-rati huma bbażati fuq dokumenti li jirrigwardaw il-propjetarji tal-art lajċi li ma jirripreżentawx il-populazzjonipopolazzjoni li kienet il-parti kbira magħmula minn raħħala mdagħjfin bil-karistiji.
 
Jaħsbu wkoll li l-populazzjonipopolazzjoni tal-[[Ġermanja]] naqset bin-nofs. [[Amburgu]] tilfet 66% tal-populazzjonipopolazzjoni tagħha, [[Bremen]] 70% u [[Pommerellen]] 42%.
 
==L-antiġudaiżmu ==