Pesta s-sewda: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 39:
 
==Il-mortalità==
[[Stampa:Doktorschnabel 430px.jpg|thumb|right|250px|Tabib liebes il-maskra karatteristika ta' żmien il-pesta. Il-munqar twil kien ikun fih il-ħwawar biex itaffi rmir-riħa tal-kadavri (inċiżjoni tal-1656).]]
Is-sorsi dokumentarji huma skarsi wisq u ġeneralment jikkopraw perjodu itwal, imma għall-inqas jagħtuna idea raffa. L-istoriċi jestimaw li l-proporzjon tal-mejtin kien bejn 30 % u 50 % tal-populazzjoni Ewropea. Il-bliet kienu milquta iżjed bl-aħrax mill-irħula minħabba l-konċentrazzjoni tal-populazzjoni, imma wkoll minħabba l-ġuħ u l-problemi tal-għaks. Jidher li fl-[[Ewropa]], il-populazzjoni kienet ilha niżla mill-bidu tas-seklu XIV, minħabba l-għaks u l-eċċess tal-populazzjoni. Din baqgħet nieżla sal-bidu tas-seklu XV, u niżlet iżjed malajr bil-pesta.
 
[[Franza]], bejn l-1340 u l-1440, il-populazzjoni naqset minn 17 għal 10 milljuni, jiġifieri nuqqas ta' mill-inqas 42 %. Ir-reġistru parrokkjali ta' Givry (Saône-et-Loire), wieħed mill-iżjed preċiżi juri li minn xi 1,500 abitant, kien hemm 649 midfunin fl-1348, li minhom 630 kienu bejn Ġunju u Settembru. Għal parroċċa li s-soltu jkollha xi 40 biss midfunin dan iffisser li l-pesta qatlet 40.6 %.
 
L-istoriċi ġeneralment jaqblu li fl-[[Italja]], l-pesta qatlet mill-inqas nofs l-abitanti. [[Milan]] biss jidher li ħeles, però, is-sorsi huma skarsi u impreċiżi fuq dan is-suġgett. Is-sorsi kontemporanji jagħtu rata ta' mortalità tal-biża': tmienja minn għaxra [[Firenze]], tlieta minn erbgħa [[Venezja]], etc.
 
Fi [[Spanja]], il-pesta setgħet qerdet minn 30 sa 60% tal-populazzjoni, l-iżjed f'[[Aragona]] (disa' mewġiet bejn l-1348 u l-1401).
Linja 52:
L-[[Ingilterra]] l-iżjed li ħallietilna sorsi u paradossalment dan jagħmel l-estimazzjoni tar-rati l-iżjed diffiċli għax l-istoriċi jibbażaw il-kalkulazzjonijiet tagħhom fuq dokumenti differenti. Iċ-ċifri proposti huma bejn 20 sa 50 %. Mentri, l-istimi tal-populazzjoni juru li bejn l-1300 u l-1450 naqset b'45 sa 70 %. Anki jekk il-populazzjoni kienet nieżla qabel il-pesta, xorta l-istima ta' 20% mhux kredibbli, l-iżjed billi dawn ir-rati huma bbażati fuq dokumenti li jirrigwardaw il-propjetarji tal-art lajċi li ma jirripreżentawx il-populazzjoni li kienet il-parti kbira magħmula minn raħħala mdagħjfin bil-karistiji.
 
Jaħsbu wkoll li l-populazzjoni tal-[[Ġermanja]] naqset bin-nofs. [[HamburgAmburgu]] tilfet 66% tal-populazzjoni tagħha, [[Bremen]] 70% u [[Pommerellen]] 42%.
 
==L-antiġudaiżmu ==