Ġlormu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''San Ġlormu''' (347-430) kien saċerdot Nisrani u wieħed mis-Santi Padri, imsejħin Apoloġisti. Magħruf l-aktar għat-traduzzjoni tal-Bibbja għal-Latin imsejħa il-Vulgata.
 
Bin Ewsebju, Nisrani konvint, ĠilormuĠlormu twieled fil-belt żgħira mdawra bis-swar ta' Stridonja, bejn id-Dalmazja u l-Pannonja, forsi ħdejn [[Ljubljana]] tal-lum. Meta kellu madwar 29 sena, il-[[Goti]] qerdu l-belt ta' Stridonja. Hu għamel kemm ħbieb kif ukoll għedewwa fil-bliet tal-qrib ta' Akwilea u Konkordja. Ħuh Pawlinjanu u oħtu, it-tnejn iżgħar minnu, qabdu bħalu l-ħajja monastika. Missieru Ewsebju kien Nisrani ta' tjieba kbira.
 
== Edukazzjoni ==
Linja 51:
=== Il-Vulgata ===
 
żgur li isem San ĠilormuĠlormu jibqa' marbut mat-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja u l-istudju tagħha. Ħbiebu nkoraġġewh biex jagħmel traduzzjoni mill-oriġinal tal-Iskrittura kollha, ħidma kbira li swietlu tlieta u għoxrin sena minn ħajtu u li diversi drabi kien se jaqta' qalbu minnha, iżda t-tenaċita tiegħu ta' studjuż għenitu biex iwassalha sa tmiem, xi ħaġa li ġrat ukoll lill-Professur [[Pietru Pawl Saydon]] li elf u ħames mitt sena wara daħal waħdu għall-istess biċċa xogħol meta qaleb l-Iskrittura mill-oriġinal għall-Malti.
Fis-seklu sittax, il-[[Konċilju ta' Trentu]] iddikjara l-Vulgata ta' ĠilormuĠlormu bħala t-test Latin awtentiku tal-Knisja Kattolika.
 
Fis-sena 397 [[Santu Wistin]] kiteb ittra lil Ġirolmu u fiha faħħar it-traduzzjoni u l-eseġeżi tiegħu, ukoll jekk għamel hekk b'xi riserva. Ġirolmu ma fehemx mill-ewwel x'importanza kellu dan l-isqof żagħżugħ. Wistin reġa' kitiblu fis-sena 402 u Ġirolmu wieġeb bl-aħrax għal dak li seta' jara bħala kritika għax-xogħol tiegħu. Wistin kien umli u ssaporta l-kliem aħrax ta' Ġirolmu. Imma sa fl-aħħar huma għaqqdu l-forzi tagħhom kontra [[Pelaġju]] li kien l-għadu komuni tagħhom.
Linja 65:
== San Ġirolmu fl-Arti ==
 
Fl-arti, San ĠilormuĠlormu ħafna drabi huwa rappreżentat bħala wieħed mill-erba' Dutturi Latini tal-Knisja flimkien ma' [[Santu Wistin]], [[Sant'Ambroġju]] u [[San Girgor il-Kbir]]. Billi għal xi żmien kien Segretarju tal-Papa, jiġi raffigurat anakronistikament bl-ilbies ta' [[Kardinal|kardinal]]. Anke meta jitpinġa bħala eremit nofsu mneżża', bis-salib, kranju u Bibbja, ma jonqosx il-kappell aħmar tal-kardinali jew xi sinjal ieħor kardinalizju. Spiss jiġi raffigurat ma' [[Iljun|ljun]], ħabba storja medjevali li tgħid li neħħa xewka minn sieq ta' ljun - Skond il-leġġenda, darba waqt li kien qed jgħallem daħallu ljun fil-klassi. Id-dixxipli kollha għosfru, iżda ĠilormuĠlormu neħħielu xewka minn siequ u infaxxahielu, u bħala ringrazzjament l-iljun baqa' miegħu ghal dejjem.- u ġieli ma' [[Kokka|kokka]] simbolu tal-għerf u l-istudju. Strumenti tal-kitba u t-tromba tal-ġudizzju finali huma wkoll parti mill-ikonografija tiegħu.
 
=== San ĠilormuĠlormu tal-Caravaggio ===
 
''San ĠilormuĠlormu'' li tinsab fl-Oratorju tal-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]], il-Belt [[Valletta]] hija pittura tat-Taljan Michelangelo Merisi da [[Caravaggio]] u saret fl-1607 jew 1608. Pittura oħra ta' San ĠilormuĠlormu tal-Caravaggio hija dik li hemm fil-Galleria Borghese f'[[Ruma]] li saret sena jew sentejn qabel dik ta' Malta.
 
Fl-aħħar jum tas-sena 1984 din il-pittura nsterqet mill-Kon-Katidral billi tqattgħet b'mus. Biex ħarġuha, il-ħallelin irrumblawha u għamlu ħsara lill-kulur. Patri Marius Zerafa, li kienet Kuratur tal-Mużewijiet, ħadem qatigħ biex tinstab. Huwa ppubblika ktieb, ''Caravaggio Diaries'', dwar is-serqa, it-tfittxija u s-sejba. Jeżistu 'voice recordings' tal-ħallelin jheddu lill-istess Zerafa illi l-pittura qed tiġi mbiċċra jekk ma tingħatax is-somma mitluba, fejn anke kienu jibagħtulu biċċiet tal-canvas imqatta'. Il-pittura kienet ħarġet minn Malta illegalment biex tiġi rkantata imma wara diversi attentivi li fallew, reġgħet daħlet fil-gżira.
Linja 76:
 
* [http://www.drbo.org/lvb/ Il-''Vulgata'' sħiħa]
* [http://www.stjohnscocathedral.com/caravaggio/saint-jerome-writing.html Il-Pittura ta' San ĠilormuĠlormu tal-Caravaggio f'Malta]
* [http://www.catholicherald.co.uk/features/2010/07/29/the-friar-and-the-caravaggio-thieves/ Intervista ma' Patri Marius Zerafa fuq is-serqa tal-pittura ta' San ĠilormuĠlormu]
{{DEFAULTSORT:Ġlormu San}}
[[Kategorija:Qaddisin]]