Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Ġlormu"

17,373 bytes miżjuda ,  8 snin ilu
l-ebda taqsira
(Paġna rindirizzata lejn San Ġlormu)
'''San Ġlormu''' (347-430) kien saċerdot Nisrani u wieħed mis-Santi Padri, imsejħin Apoloġisti. Magħruf l-aktar għat-traduzzjoni tal-Bibbja għal-Latin imsejħa il-Vulgata.
#RINDIRIZZA[[San Ġlormu]]
 
Bin Ewsebju, Nisrani konvint, Ġilormu twieled fil-belt żgħira mdawra bis-swar ta' Stridonja, bejn id-Dalmazja u l-Pannonja, forsi ħdejn [[Ljubljana]] tal-lum. Meta kellu madwar 29 sena, il-[[Goti]] qerdu l-belt ta' Stridonja. Hu għamel kemm ħbieb kif ukoll għedewwa fil-bliet tal-qrib ta' Akwilea u Konkordja. Ħuh Pawlinjanu u oħtu, it-tnejn iżgħar minnu, qabdu bħalu l-ħajja monastika. Missieru Ewsebju kien Nisrani ta' tjieba kbira.
 
== Edukazzjoni ==
 
Kien missieru stess missieru li tah l-ewwel edukazzjoni, iżda wara ddependa ħafna mill-benefatturi tiegħu biex kompla javvanza fl-istudji tiegħu. Qrib is-snin 360-367 hu mar Ruma u hemmhekk studja l-grammatika u wara r-retorika. Hu jgħid li s-surmast tiegħu kien Elio Donatu, imma l-kitbiet tiegħu juru li kien midħla sewwa ta' [[Ċiċerun]] u ta' [[Virġilju]]. F'[[Ruma]] wkoll beda jitgħallem il-Grieg, imma mbagħad ipperfezzjona ruħu f'din il-lingwa meta mar fil-Lvant. Fil-fatt hu qatt ma rnexxielu jitgħallem il-letteratura klassika Griega. F'żgħożitu, meta hu kien għadu mhux mgħammed, stinka biex jitgħallem l-elementi bażiċi tal-filosofija, imma qatt ma mexa ħafna 'l quddiem fiha.
 
== Ħajja Monastika ==
 
Jingħad li qabel ma tgħammed Ġirolmu għadda xi żmien fin-namur ma' diversi xebbiet, iżda fl-istess żmien kellu xi ħbieb kompatrijotti tiegħu, bħal Bonosu, Rufinu u Eljodoru, li kienu jmorru miegħu kull nhar ta' Ħadd biex iżuru l-oqbra tal-[[Appostli]] u tal-[[Martri|martri]]. Kien imbagħad f'din l-istess belt ta' [[Ruma]] li Ġirolmu tgħammed. Wara dan mar Treviri (Treves) fuq il-Moselle, mhux bogħod mill-fruntiera bejn il-[[Ġermanja]] u [[Franza]], bil-ħsieb li jsib xortih f'din il-belt imperjali. Bla ma stenna, iżda, sab ruħu f'ambjent li kien iħajjar lil dak li jkun għall-ħajja monastika ta' stil Orjentali li hawnhekk kienet fl-aqwa tagħha. Hawn ukoll għamel xi żmien jikkopja x-xogħlijiet ta' [[Ilarju ta' Poitiers]].
 
Qrib is-sena 370 Ġirolmu reġa' lura lejn Stridonja ma' xi ħbieb tiegħu, bħal Bonosu, Rufinu, Evagriju, Eromazju u Eljodoru, u għex magħhom ħajja rtirata taħt id-direzzjoni ta' l-Isqof Valerjanu ta' Akwilea. Ġirolmu ddeskriva din il-ħajja monastika bħala ħajja tant armonjuża li kien iħossha bħallikieku kienet ‘kor tal-henjin'.
 
Imma dan l-‘hena' nbidel malajr f'ħajja ta' tilwim bejn il-ħbieb, l-aktar minħabba l-lingwaġġ aħrax li kien juża ma' ħbiebu l-istess Ġirolmu li kien għadu qed jesperimenta fl-axxetiżmu nisrani. Imma t-tilwim kellu wkoll l-aspett tajjeb għax Ġirolmu u ħabibu Rufinu qatgħuha li jmorru f'pellegrinaġġ qaddis biex jesperimentaw il-ħajja monastika fl-Orjent. Evagriju, min-naħa tiegħu, qatagħha li jerġa' lura lejn Antijokja pajjiżu. Dan kien fis-sena 373. Ġirolmu x'aktarx li vvjaġġa miegħu u flimkien għaddew mill-Kappadoċja u minn Antijokja.
 
Ġirolmu qatta' xi żmien fid-deżert ta' Kalcide, fis-Sud ta' Aleppo fis-[[Sirja]]. Hemmhekk kien hemm wieħed Lhudi li kien ikkonverta għall-Kristjaniżmu u li beda jgħallmu l-ilsien tiegħu.
 
Kien hawnhekk li Ġirolmu beda t-tieni novizzjat tiegħu fl-eremitaġġ. Hekk kif bdieh hu sejjaħ lil ħbiebu biex jissieħbu miegħu fid-deżert, imma fil-fatt irnexxielu jdum hemm inqas minn sentejn, jiġifieri mis-sena 375 sas-sena 377. Dan kollu minħabba l-fatt li l-kultura Rumana ta' Ġirolmu kienet għal kollox differenti minn dik tal-eremiti Griegi Orjentali. Minħabba f'hekk qamu ħafna kontroversji bejn Ġirolmu u l-eremiti tal-post. Ġirolmu tant kien ċert mill-fidi Rumana tiegħu li lanqas biss kien jiġih f'rasu li jipprova jifhem il-fidi ortodossa tagħhom.
 
== Saċerdot ==
 
F'dan iż-żmien Antijokja kienet tbaqbaq bix-xiżma. Evagriju, wieħed mill-ħbieb ta' Ġirolmu, ingħaqad mal-grupp li kien tbiegħed mit-tagħlim tal-[[Konċilju ta' Niċea]]. Kien f'dan l-ambjent, u wara l-esperjenza tal-eremitaġġ ta' Kalcide, li Ġirolmu aċċetta li jkun ordnat saċerdot mill-Isqof Pawlinu li ma kellux komunita' lil min jaqdi minħabba li kien qed imexxi grupp żgħir ultraniċen (jiġiferi li kien tbiegħed mit-tagħlim ta' Niċea).
 
L-esperjenza tad-deżert serviet ta' ħafna ġid għal Ġirolmu. Min-naħa hu ħa ċerta spiritwalita', u mill-oħra tħarreġ fil-Grieg u fil-Lhudi, żewġ lingwi li kellhom jgħinuh ħafna iżjed 'il quddiem. Fl-istess żmien Rufinu mar u baqa' l-Eġittu, filwaqt li Bonosu mar jgħix bħala eremita fil-gżira ta' Illirja.
 
Fiż-żmien li għadda fid-deżert ta' Kalċide, Ġirolmu kellu ‘viżjoni' li fiha hu deher quddiem it-tribunal ta' Kristu u kien akkużat li baqa' iktar Ċiċeronjan milli Nisrani. Hu nstab ħati ta' din l-akkuża u kien imsawwat ħafna drabi bil-frosta. Hu semma din il-ġrajja liż-żagħżugħa Ewstokjo fl-Ittra 22, 30 bil-ħsieb li jħajjarha tiddedika ruħha għall-istudju tal-Bibbja. Minkejja din il-kriżi psikoloġika li għadda minnha, Ġirolmu baqa' xorta waħda jdaħħal fil-kitba u fid-diskorsi tiegħu siltiet mill-awturi klassiċi pagani. Iktar tard hu kellu kontroversja ma' Rufinu, u dan semmielu l-frugħa tal-‘viżjoni'.
 
Il-Knisja ta' Antijokja f'dak iż-żmien kienet maqsuma f'żewġ partiti, imma l-[[eseġeżi]] baqgħet tiżviluppa bla tbatija fiż-żewġ fergħat. L-Isqof Melezju kellu koadjutur jismu Dijodoru li wara sar Isqof ta' Tarsu. Dan waqqaf l-iskola Antijokena imma, minħabba li kien membru tal-partit oppost, Ġirolmu tah il-ġenb. Minflok Ġirolmu kien imur għal-lezzjonijiet tal-eseġeżi għand wieħed jismu Apollinar ta' Laodiċea, ħabib kbir tal-Isqof Pawlinu, li d-duttrina tiegħu dwar l-Inkarnazzjoni ġa kienet qed issir suspettuża imma kien għadu ma qatax għal kollox l-irbit mal-Knisja Kattolika.
 
== Segretarju tal-Papa ==
 
Qrib is-sena 380 l-Isqof Pawlinu mar [[Kostantinopli]] għand l-Imperatur il-ġdid Teodosju biex dan jagħraf l-awtorita' tiegħu bħala isqof. L-Isqof Melezju kien qed jixjieħ, imma ma rriżenjax. Imbagħad ġara li Pawlinu, flimkien mal-protettur tiegħu Epifanju ta' [[Ċipru]] u s-segretarju tiegħu Ġirolmu, mar Ruma biex jitlob l-għajnuna tal-Papa Damasu (366-383). Meta waslu Ruma l-Papa, li kien ġa qrib it-tmenin sena u ried il-paċi, ħatar lil Ġirolmu bħala segretarju tiegħu.
 
Waqt li kien Ruma Ġirolmu wessa' l-appostolat tiegħu hekk li daħal fis-salotti tal-aristokrazija femminili, fid-dar tar-romol Marcella u Pawla, omm ix-xbejba Ewstokjo. Hawnhekk ukoll Ġirolmu sab rabbi li beda jgħallmu Lhudi aktar avvanzat u tah ukoll ħafna kotba fuqiex jistudja. B'hekk Ġirolmu seta' jsaħħaħ il-gruppi bibliċi tiegħu u jgħallem il-Lhudi bażiku lil dawn in-nisa benefatturi tiegħu. Fl-istess żmien fil-[[Ruma|Belt Eterna]] kien hemm propaganda qawwija ta' ħajja axxetika minn gruppi opposti li kienu dejjem lesti biex jikkritikaw u jniggżu lil xulxin. Hekk nibtu ħafna disputi brillanti bejn mexxejja ta' gruppi opposti, ittri devoti li juru livell għoli fl-istudju bibliku u axxetiku, u kitbiet satiriċi minn diversi membri tal-kleru. Ġirolmu kien imdaħħal f'dan kollu u sab ruħu f'karriera eċċezzjonali. Minħabba dan hu daħħal f'rasu li wara l-Papa Damasu I bilfors kien se jkun hu s-suċċessur tiegħu.
 
Fil-fatt f'Diċembru tas-sena 384 kien hemm l-elezzjoni tal-Papa l-ġdid u ntgħażel il-Papa Siriċju (384-399). Ġirolmu ried l-art tibilgħu. Meta sab ruħu mdawwar minn nies li kienu kontra tiegħu, fis-sajf tas-sena 385 hu farfar it-trab minn mas-sandli tiegħu kontra l-belt li kienet tant ostili għalih u kontra ‘s-senat tal-Fariżej' li kellu l-kuraġġ jikkalunjawh minħabba l-ħbiberija li kellu mal-aristokrazija femminili ta' Ruma.
 
== Jitlaq minn Ruma ==
 
Ftit wara li Ġirolmu telaq minn Ruma, telqu wkoll Pawla u bintha Ewstokjo li mbagħad laħquh f'Reggio Calabria. Minn hemm marru flimkien sa Ċipru fejn qagħdu għand Epifanju ta' Salamina li kien ħabib tagħhom. Wara marru Antijokja u qagħdu għand Evagriju, ħabib antik ta' Ġirolmu. Aktar tard telqu lejn l-Eġittu fejn il-matruna Pawla tat xi flus lir-reliġjużi ta' hemm wara li ħallewha ‘dduq il-ġenna tal-eremiti' Eġizzjani. Fl-istess okkażjoni Ġirolmu ġie f'kuntatt mal-injożi Oriġenista jew l-għarfien tal-misteri spiritwali li kellu Didimu l-Għami taħt l-influwenza tat-tagħlim ta' [[Oriġene]].
 
=== Ħajja Monastika f'Betlehem ===
 
Fis-sajf tas-sena 386 twaqqfet komunità axxetika għall-irġiel u oħra għan-nisa f'[[Betlehem]] taħt id-direzzjoni spiritwali ta' Ġirolmu. Huma kienu 'l bogħod kemm mill-istorbju tal-belt ta' Ġerusalemm u kemm mill-Għolja taż-Żebbuġ fejn kien hemm il-komunita' axxetika ta' Rufinu u dik tan-nisa li magħhom kienet tgħix il-benefattriċi tiegħu Melanja. Jidher li Ġirolmu fittex li fil-komunitajiet tiegħu tal-irġiel u tan-nisa jkun hemm l-ispiritwalita' ta' Oriġene. Il-monasterju tan-nisa baqa' jitmexxa tista' tgħid għal kollox bil-mentalita' Rumana. Fil-fatt il-monasteru kien maqsum fi tliet klassijiet ta' reliġjużi, skond il-klassi soċjali li minnha kienu ġejjin il-membri femminili. Barra minn dan kellhom foresterija biex iżommu hemm il-pellegrini u l-mistednin tagħhom. Ftit 'il bogħod mill-monasterju ta' Ġirolmu kien hemm il-biblioteka eċċezzjonali ta' Ċesarija, li kienet twaqqfet minn Oriġene u wara miżjuda b'ħafna manuskritti oħra minn Ewsebju.
 
Fil-komunita' ta' Ġirolmu f'Betlehem kien hemm ħafna attività letterarja. Kien hemm traduzzjonijiet tal-kotba tal-[[Bibbja]], adattamenti ta' studji eseġetiċi, kif ukoll il-kitba ta' rumanzi dwar il-ħajjiet ta' xi qaddisin li kienu jgħixu fil-monasteru. Fl-istudji t-[[Testment il-Qadim]] kien jingħata aktar importanza mit-[[Testment il-Ġdid]], u l-Lhudi aktar mill-Grieg. Fil-bidu kienet tingħata ħafna importanza lill-istorja tal-Knisja, imma wara ftit din tista' tgħid li serviet biss għall-kitba tal-opra ta' Ġirolmu ''L-Irġiel Magħrufa''. Kien jiġu wkoll diskussi suġġetti ta' attwalità, l-iktar taħt forma ta' polemika.
 
Fis-sena 393 wieħed jismu Atarbju beda jdur il-monasterji u jitlob lir-reliġjużi li jiffirmaw dikjarazzjoni kontra Oriġene li kien ilu mejjet mis-sena 253. Ġirolmu qabad u ffirma, imma Rufinu ma ffirmax. Imbagħad fil-festa tad-Dedikazzjoni tal-Qabar Imqaddes, f'Settembru tas-sena 393, Epifanju ta' Salamina għamel serje ta' omeliji u fl-aħħar, fir-rebbiegħa tas-sena 394, ordna lil Pawlinjanu, ħu Ġirolmu, biex jiddisprezza d-drittijiet tal-isqof tal-post. Ftit wara ġiet l-iskomunika ta' Ġirolmu. Fl-Għid tas-sena 397, wara li kien għamel penitenza u ta l-paċi lil Rufinu, Ġirolmu kien rikonċiljat mal-Knisja.
 
=== Il-Vulgata ===
 
żgur li isem San Ġilormu jibqa' marbut mat-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja u l-istudju tagħha. Ħbiebu nkoraġġewh biex jagħmel traduzzjoni mill-oriġinal tal-Iskrittura kollha, ħidma kbira li swietlu tlieta u għoxrin sena minn ħajtu u li diversi drabi kien se jaqta' qalbu minnha, iżda t-tenaċita tiegħu ta' studjuż għenitu biex iwassalha sa tmiem, xi ħaġa li ġrat ukoll lill-Professur [[Pietru Pawl Saydon]] li elf u ħames mitt sena wara daħal waħdu għall-istess biċċa xogħol meta qaleb l-Iskrittura mill-oriġinal għall-Malti.
Fis-seklu sittax, il-[[Konċilju ta' Trentu]] iddikjara l-Vulgata ta' Ġilormu bħala t-test Latin awtentiku tal-Knisja Kattolika.
 
Fis-sena 397 [[Santu Wistin]] kiteb ittra lil Ġirolmu u fiha faħħar it-traduzzjoni u l-eseġeżi tiegħu, ukoll jekk għamel hekk b'xi riserva. Ġirolmu ma fehemx mill-ewwel x'importanza kellu dan l-isqof żagħżugħ. Wistin reġa' kitiblu fis-sena 402 u Ġirolmu wieġeb bl-aħrax għal dak li seta' jara bħala kritika għax-xogħol tiegħu. Wistin kien umli u ssaporta l-kliem aħrax ta' Ġirolmu. Imma sa fl-aħħar huma għaqqdu l-forzi tagħhom kontra [[Pelaġju]] li kien l-għadu komuni tagħhom.
 
Fis-sena 399 miet il-Papa Siriċju u laħaq warajh Anastasju I (399-401) li wera ruħu favur Ġirolmu u mill-ġdid laqgħu tajjeb. Ħames snin wara mietet Santa Pawla; Ġirolmu ħassha wisq it-telfa tagħha. Imbagħad fl-24 ta' Awissu tas-sena 410 waqgħet Ruma. Pelaġju ħalla l-Afrika u mar Ġerusalemm. Fis-sena 414 Ġirolmu tkellem kontra tiegħu u minħabba f'hekk grupp ta' terroristi Pelaġjani sentejn wara ħarqulu l-monasteri tiegħu. Fis-sena 417 il-Konċilju ta' Antijokja keċċa lil Pelaġju mill-Palestina.
 
San Ġirolmu li hu ġustament [[Duttur tal-Knisja]] speċjalment għal dik li hi xjenza Biblika. Hu għamel użu tajjeb fil-kitba tiegħu kemm mill-ilsien Lhudi u kemm mill-Grieg li hu tgħallem sewwa, u għalhekk seta' jkollu kuntatt mal-kotba tal-Knisja Griega u mat-testi oriġinali ta' l-Iskrittura; dan hu vantaġġ għall-Knisja Latina. Iżda baqa' tista' tgħid għomru kollu traduttur u mhux kittieb ta' xogħlijiet oriġinali. Għalhekk hu ftit batut għal dak li hu indipendenza tal-ħsieb. L-influwenza tiegħu fuq l-iżvilupp tat-teoloġiji ma kinitx kbira għax ma kienx ħassieb oriġinali bħal Santu Wistin u San Tumas t'Aquino. Iżda ddefenda t-Tradizzjoni b'għerf kbir u kien difensur tal-awtorita' tal-Knisja u tal-maġisteru. Il-personalita' tiegħu kienet verament tidher fil-kitbiet tiegħu u fl-istil qawwi tiegħu u kien surmast għall-proża nisranija futura.
 
San Ġirolmu miet qrib Betlhem fit-30 ta' Settembru tas-sena 419.
 
== San Ġirolmu fl-Arti ==
 
Fl-arti, San Ġilormu ħafna drabi huwa rappreżentat bħala wieħed mill-erba' Dutturi Latini tal-Knisja flimkien ma' [[Santu Wistin]], [[Sant'Ambroġju]] u [[San Girgor il-Kbir]]. Billi għal xi żmien kien Segretarju tal-Papa, jiġi raffigurat anakronistikament bl-ilbies ta' [[Kardinal|kardinal]]. Anke meta jitpinġa bħala eremit nofsu mneżża', bis-salib, kranju u Bibbja, ma jonqosx il-kappell aħmar tal-kardinali jew xi sinjal ieħor kardinalizju. Spiss jiġi raffigurat ma' [[Iljun|ljun]], ħabba storja medjevali li tgħid li neħħa xewka minn sieq ta' ljun - Skond il-leġġenda, darba waqt li kien qed jgħallem daħallu ljun fil-klassi. Id-dixxipli kollha għosfru, iżda Ġilormu neħħielu xewka minn siequ u infaxxahielu, u bħala ringrazzjament l-iljun baqa' miegħu ghal dejjem.- u ġieli ma' [[Kokka|kokka]] simbolu tal-għerf u l-istudju. Strumenti tal-kitba u t-tromba tal-ġudizzju finali huma wkoll parti mill-ikonografija tiegħu.
 
=== San Ġilormu tal-Caravaggio ===
 
''San Ġilormu'' li tinsab fl-Oratorju tal-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]], il-Belt [[Valletta]] hija pittura tat-Taljan Michelangelo Merisi da [[Caravaggio]] u saret fl-1607 jew 1608. Pittura oħra ta' San Ġilormu tal-Caravaggio hija dik li hemm fil-Galleria Borghese f'[[Ruma]] li saret sena jew sentejn qabel dik ta' Malta.
 
Fl-aħħar jum tas-sena 1984 din il-pittura nsterqet mill-Kon-Katidral billi tqattgħet b'mus. Biex ħarġuha, il-ħallelin irrumblawha u għamlu ħsara lill-kulur. Patri Marius Zerafa, li kienet Kuratur tal-Mużewijiet, ħadem qatigħ biex tinstab. Huwa ppubblika ktieb, ''Caravaggio Diaries'', dwar is-serqa, it-tfittxija u s-sejba. Jeżistu 'voice recordings' tal-ħallelin jheddu lill-istess Zerafa illi l-pittura qed tiġi mbiċċra jekk ma tingħatax is-somma mitluba, fejn anke kienu jibagħtulu biċċiet tal-canvas imqatta'. Il-pittura kienet ħarġet minn Malta illegalment biex tiġi rkantata imma wara diversi attentivi li fallew, reġgħet daħlet fil-gżira.
 
== Ħoloq esterni ==
 
* [http://www.drbo.org/lvb/ Il-''Vulgata'' sħiħa]
* [http://www.stjohnscocathedral.com/caravaggio/saint-jerome-writing.html Il-Pittura ta' San Ġilormu tal-Caravaggio f'Malta]
* [http://www.catholicherald.co.uk/features/2010/07/29/the-friar-and-the-caravaggio-thieves/ Intervista ma' Patri Marius Zerafa fuq is-serqa tal-pittura ta' San Ġilormu]
{{DEFAULTSORT:Ġlormu San}}
[[Kategorija:Qaddisin]]
[[Kategorija:Twieldu fit-347]]
[[Kategorija:Mietu fl-420]]
[[Kategorija:Dutturi tal-Knisja]]
[[Kategorija:Missirijiet tal-Knisja Kattolika]]
 
[[ar:جيروم]]
[[bar:Hieronymus]]
[[be:Еранім Стрыдонскі]]
[[bg:Йероним Блажени]]
[[br:Hieronimos]]
[[ca:Jeroni d'Estridó]]
[[cs:Svatý Jeroným]]
[[cy:Sierôm]]
[[da:Hieronymus]]
[[de:Hieronymus (Kirchenvater)]]
[[el:Ιερώνυμος]]
[[en:Jerome]]
[[eo:Sankta Hieronimo]]
[[es:Jerónimo de Estridón]]
[[et:Hieronymus]]
[[eu:Jeronimo Estridongoa]]
[[fa:جروم]]
[[fi:Hieronymus]]
[[fr:Jérôme de Stridon]]
[[ga:Naomh Iaróm]]
[[gl:Xerome de Estridón]]
[[he:הירונימוס]]
[[hr:Sveti Jeronim]]
[[hu:Szent Jeromos]]
[[hy:Հիերոնիմոս]]
[[ia:Jeronimo]]
[[id:Hieronimus]]
[[it:San Girolamo]]
[[ja:ヒエロニムス]]
[[ko:히에로니무스]]
[[la:Hieronymus]]
[[lt:Šv. Jeronimas]]
[[ml:ജെറോം]]
[[nds-nl:Hiëronymus van Stridon]]
[[nl:Hiëronymus van Stridon]]
[[nn:Hieronymus]]
[[no:Hieronymus]]
[[pl:Hieronim ze Strydonu]]
[[pt:Jerónimo de Strídon]]
[[ro:Ieronim]]
[[ru:Иероним Стридонский]]
[[sc:Zirominu]]
[[scn:San Giròlamu]]
[[sh:Jeronim]]
[[sk:Hieronym]]
[[sl:Sveti Hieronim]]
[[sq:Shën Jeronimi]]
[[sr:Јероним Стридонски]]
[[sv:Hieronymus]]
[[sw:Jeromu]]
[[th:นักบุญเจอโรม]]
[[tl:Jeronimo]]
[[uk:Ієронім Стридонський]]
[[vi:Jerome]]
[[zh:耶柔米]]
Utent anonimu