Valletta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Reverted 2 edits by 78.133.52.128 (talk). (TW)
→‎Storja: Valletta.jpg
Linja 34:
 
Fit-25 ta' Marzu 1566, ġie inawgurat il-bini tal-Belt, b'La Valette stess ipoġġi l-ewwel ġebla, fejn illum hemm il-knisja tal-Vitorja. Il-pjanta tal-belt kienet kemxejn ġdida għall-gżejjer Maltin, hekk kif waqt li l-bliet u l-irħula l-oħra Maltin kellhom toroq irregolari u sqaqien, il-belt il-ġdida kellha disinn rettangulari taħt forma ta' gradilja, mingħajr ebda ''[[Collacchio]]'', li hi żona ristretta biss għal bini importanti. It-toroq kienu wiesgħa u dritti, b'dik tan-nofs li tibda minn [[Putirjal]] u tispiċċa fil-[[Forti Sant'Iermu]] fuq in-naħa l-oħra.
[[Stampa:Valletta skyline.jpg|275px|thumb|left|Dehra tal-Belt Valletta minn [[tas-Sliema]]]]
Sfortunatament, La Valette qatt ma ra l-belt kompluta, hekk kif miet f'età ta' 74 sena, fil-[[21 ta' Awwissu]] [[1568]]. Hu kien ġie midfun fil-knisja tal-Vitorja, imma wara li nbena l-Kon-Katidral ta' San Ġwann, il-fdalijiet tiegħu tpoġġew hemmhekk. It-tebut tiegħu hu mdawwar minn diversi twiebet oħra tal-Gran Mastri.