Pajjiżi l-Baxxi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 71:
Fl-aħħar tal-[[Medjuevu]] id-[[Dukat]] tal-[[Borgonja]], pajjiż li issa sar parti minn [[Franza]], kien jiġbor fih sbatax-il reġjun. Dawk iż-żoni kienu jissejħu l-Pajjiżi l-Baxxi. Meta bint Duka iżżewwġet ir-[[re]] ta' [[Spanja]], il-Pajjiżi l-Baxxi saru parti minn Spanja. Fis-seklu 16 ħafna mill-Olandiżi saru [[Protestanteżmu|Protestanti]]. Ir-re ta' Spanja ma ħax pjaċir u ried l-Olandiżi kollha jkunu [[Knisja Kattolika|Kattoliċi]]. Iddeċieda li l-Protestanti kollha għandhom jinqatlu. Naturalment il-poplu Olandiż ma għoġbux dan, u fl-1568 dawn bdew gwerra kontra Spanja. Il-gwerra damet sal-1648, u għalhekk tissejjaħ il-[[Gwerra ta’Tmenin Sena]]. Il-mexxej importanti tal-Olandiżi f'din l-gwerra kien Willem van Oranje (Guliermu ta' Oranġe) imsejjaħ ukoll [[Guliermu s-Sieket]].
 
Fl-1648 il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja ffirmaw trattat tal-paċi. Il-poplu Olandiż seta' jżomm l-art kollha li kien rebaħ. Il-parti tal-Pajjiżi l-Baxxi li ma kienuxkinux rebħu l-Olandiżi baqgħet parti minn Spanja. Aktar tard din il-parti saret il-pajjiż tal-[[Belġju]].
 
Meta l-Pajjiżi l-Baxxi saru indipendenti, kienu pajjiż speċjali ħafna. Dak iż-żmien kważi l-pajjiżi kollha tal-[[Ewropa]] kienu ggvernati minn re, iżda l-Pajjiżi l-Baxxi ma kieux. Il-Pajjiżi l-Baxxi kienu magħmulin minn seba' provinċji, li kienu mmexxija mill-bliet il-kbar. Il-bliet kienu ggvernati mill-muniċipju li kien magħmul minn ċittadini għonja. Flimkien dawn il-provinċji kienu ggvernati minn [[stadtholder]], li għalkemm kellu ħafna qawwa, imqabbel mar-rejiet tal-pajjiżi ewropej l-oħra kellu ħafna inqas poter. Fil-seklu 17, il-Pajjiżi l-Baxxi kien il-pajjiż l-aktar għani u wieħed mill-aktar pajjiżi qawwijin fid-dinja. Għalhekk l-Olandiżi jsejħu s-seklu 17 l-[[Età Mdehba]]. Huma kellhom artijiet madwar id-dinja. L-art l-aktar importanti kienet l-[[Indji tal-Lvant]], pajjiż li llum jissejaħ l-[[Indoneżja]]. L-Olandiżi waqqfu ukoll il-belt [[New York]], li kienu jsejħulha Amsterdam il-Ġdida. L-Amerikani nattivi kienu jseħu din iż-żona Manhattan u fl-1628 huma bigħuha lill-Olandiżi għal 60 [[Gilder]]. Il-Pajjiżi l-Baxxi ġġieldu ħafna gwerer kontra pajjiżi oħra Ewropej, speċjalment kontra l-[[Renju Unit|Ingilterra]]. [[Michiel de Ruyter]], [[ammirall]] Olandiż, sar eroj Olandiż meta għeleb il-flotta Ingliża qrib Londra.