Għenba tax-xewk: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 56:
 
Il-baħrija ''[[Macaria wauaria]]'' u d-dubbiena ''[[Nematus ribesii]]'' jagħmlulha l-ħsara wkoll. Id-dud tan-''Nematus reibesii'' jindifnu fil-ħamrija biex jagħmlu l-fosqda; meta jfaqqsu fil-forma adulta, ibidu l-bajd li jfaqsu bħala larvi, fuq in-naħa ta' taħt tal-weraq tal-għeneb tax-xewk.. Fis-seklu 19 fost l-insettiċidi kontra dawn kien hemm l-ilma bir-raża tal-arżnu, taħlita dgħajfa ta' aċtu karboliku u trab tal-helleborus li jaħdmu kontra l-''Macaria wauaria'' u n-''Nematus ribesii'' t-tnejn. Kienu jużaw ukoll infużjoni ta’ tabakk jew ta' digitalis. Jekk il-weraq li jaqgħu jitneħħew bil-galbu u l-ħamrija ta' madwar tintgħażaq, il-bajd u l-krisalidi ta’ dawn l-insetti jinqerdu.
 
Is-[[Sulfid tal-Potassju]] kien magħruf li hu effettiv fil-kura tal-mofof tas-siġar bħall-moffa tal-għeneb tax-xewk Amerikan.
 
Ninnotaw li bħall-parti l-kbira tar-''[[Ribes]]'', l-għeneb tax-xewk jista' jospita l-fungu [[Cronartium ribicola]], li jista' tagħmel ħsara kbira lill-arżnu tat-tip ''pinus strobus''; għalhekk il-koltivazzjoni tal-għeneb tax-xewk hi projbita f'ċerti reġjuni tal-Istati Uniti.
 
==Użi fil-kċina==
[[Stampa: Gooseberries in China 01.jpg|thumb|right|150px|għeneb tax-xewk għall-bejgħ f'Hainan, iċ-Ċina]]
L-għeneb tax-xewk jintuża sikwit bħala ingredjent fid-deżerta, bħal torti u ''crumbles''. Jintuża wkoll biex jagħti t-togħma x-xorb u jista’ jsir minnu imbid jew tiżani. L-għeneb tax-xewk jista' jiġi kkonservat bħala ġamm, frott imnixxef jew fis-siropp taz-zokkor.
 
 
==Ħoloq esterni==
{{commons-inline|Ribes uva-crispa}}
 
==Referenzi==