Pëtr Il'ič Čajkovskij: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 11:
Matul ħajtu kellu appoġġ ekonomiku u morali ġeneruż mill-armla għanja Nadežda von Meck. Din kienet intlaqtet ħafna mill-mużika ta' Čajkovskij u saret il-finanziera prinċipali tal-kompożitur. Bis-somom kbar ta' flus li tagħtu sabha possibbli li jitlaq il-kattedra fil-konservatorju biex jiddedika ruħu kompletament għall-kompożizzjoni. Kienet ukoll konfidenti privileġġjata għaliex kellha korrispondenza kontinwa miegħu li damet mill-1877 sa' l-1890, b'total tal-fuq minn 1200 ittra; huma, bi ftehim bejniethom, qatt ma ltaqgħu. Ma' dan kollu wara 13-il sena, il-korrispondenza waqfet f'daqa, uffiċjalment minħabba li l-benefattriċi falliet, allavolja ħafna (fosthom Berberova fil-bijografija tagħha) sostnew li l-kawża kienet l-iskoperta tal-omosesswalità ta' Pëtr Il'ič.
 
Forsi l-iżjed bijografija interessanti ta' Čajkovskij hi dik li kitbet [[Nina N. Berberova]], li tagħmel iżjed emfasienfasi fuq l-istudju psikoloġiku tal-personalità tal-Mużiċistamużiċista milli fuq l-analisi tax-xogħol artistiku tiegħu. Din il-bijografija għandha t-titlu evokattiv ''[[It-tifel tal-ħġieġ]]'', kif kienet issejjaħlu il-maħbuba governanti Fanny. F'dal-ktieb l-awtriċi tpinġi ritratt interessanti tal-artista, li jibda mill-fraġiltà żagħżuħa tat-tifel, marbut morbożament ma' ommu, ta' oriġni Franċiża, li mietet f'età żgħira bil-kolera.
Matul is-snin tal-adolexxenza, immarkati b'ħbiberiji mħawdin ma' ħbieb fil-konservatorju, kellu rabta ta' mħabba profonda mal-kuġin tiegħu Davydov, li għalih iddedika l-aħħar xogħol tiegħu, is-sitt sinfonija, li bla dubju tista' titqies bħala t-testment spiritwali ta' Čajkovskij. Fil-bijografija tagħha Berberova ċaħdet kategorikament l-ipoteżi tas-suwiċidju u twaħħal fix-xorb tal-ilma mniġġeż bħala l-kawża tad-diżgrazzja tal-mewt tiegħu.