Anderson Ribeiro: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 42:
== Karriera ==
 
Imwieled il-Brażil, fl-2002 il-president ta' [[FC Arsenal Kharkiv|Arsenal Kharkiv]] VladimirVolodymyr Chumak stiednu fil-klabb [[Ukrajna|Ukren]], li dakinhar kien għadu jilgħabu fit-tieni diviżjoni tal-pajjiż. Ribeiro aċċetta l-offerta, biex b'hekk sar l-ewwel Brażiljan li qatt ingħaqad mal-klabb. Wara perjodu ta' adattament fejn fost oħrajn tgħallem ir-[[Lingwa Russa|Russu]],<ref>{{ċita web |url=http://www.ua-football.com/blogs/ribeiro/4816f69d.html |titlu=Украина стала для меня второй родиной (L-Ukrajna saret it-tieni dar tiegħi) |editur=ua-football.com |data=29-04-2008 |lingwa=Russu }}</ref> hu mal-ewwel sar favorit fost il-partitarji. Fl-ewwel u l-uniku staġun tiegħu mal-klabb, hu skorja 15-il gowl.
 
Fl-2005 issieħeb ma' [[FC Kharkov|KharkovKharkiv]], fejn għal darb'oħra sar pedina importanti tal-iskwadra. Magħhom għamel sal-2009, meta f'Lulju tal-2009 kompla t-trasferiment tiegħu mal-klabb Malti ta' [[Tarxien Rainbows FC|Tarxien Rainbows]]. Iddebutta fit-22 ta' Awwissu 2009, fir-rebħa ta' 4–1 kontra [[Dingli Swallows FC|Dingli Swallows]], fejn skorja doppjetta.<ref>{{ċita web |url=http://www.mfa.com.mt/maltafootballassociation/match.aspx?mid=1075 |titlu=Dingli Swallows FC 1-4 Tarxien Rainbows FC |editur=mfa.com.mt |data=22-08-2009 |aċċess=22-08-2011 |lingwa=Ingliż }}</ref><ref>{{ċita web |url=http://www.maltarightnow.com/?module=sport&at=Tarxien+Rainbows+jibdew+b'rebħa+kbira&t=a&aid=9569&cid=38 |titlu=Tarxien Rainbows jibdew b'rebħa kbira |awtur=Carl Farrugia |editur=maltarightnow.com |data=22-08-2009 |aċċess=22-08-2011 }}</ref> Fl-ewwel staġun tiegħu f'Malta hu lagħab 21 logħba fil-kampjonat, u ħalla l-marka tiegħu bi ħdax-il gowl fejn ġie nominat għal erba' darbiet bħala l-plejer tal-logħba.
 
Fi tmiem l-istaġun iddeċieda li jirritorna lura l-Ukrajna meta iffirma kuntratt ta' sentejn ma' [[FC Metalurh Zaporizhya|Metalurh Zaporizhya]].<ref>{{ċita web |url=http://football.ua/ukraine/news/101726.html |titlu=Рибейро: "Еще зимой мог вернуться в Украину" |editur=football.ua |data=18-07-2010 |lingwa=Russu }}</ref> Madanakollu, it-tieni esperjenza tiegħu ġewwa l-Ukrajna kellha tkun waħda qarsa kemm mil-lat personali u anki min-naħa tal-klabb; Ribeiro ftit li xejn sab spazju fl-ewwel tim, partikularment minħabba l-problemi fiżiċi fil-bidu tal-istaġun, u l-klabb safa relegat għall-[[Persha Liha]] (it-tieni serje) għall-ewwel darba fl-istorja.