Charles Dickens: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: mhr:Чарльз Диккенс
No edit summary
Linja 11:
 
Illum, id-dar li fiha għex għal sentejn - mhux wisq bogħod mill-istazzjon tal-underground Russel Square fiċ-ċentru ta' Londra - hi l-mużew li Charles Dickens ħalla bħala ikona ħajja ta' fejn kiteb għadd ta' manuskritti u minn fejn bdew is-suċċessi tal-karriera li żammitu fost il-pilastri tal-letteratura attwali anke sal-lum.
 
== Tfulija ==
 
Charles Dickens twieled f’familja ta’ klassi baxxa, fejn riedet jew ma riditx, kellha tkun sfruttata mis-servi tal-poter. Il-paga ta’ missier Dickens, li kien skrivan mal-flotta Ingliża, ma kienx biżżejjed biex imantni l-familja. Bħal ħafna oħrajn ta’ żmienu, missier Dickens kien spiċċa jqatta’ xi snin fil-ħabs ta’ dawk li kellhom id-djun u ma ħallsuhomx. Kien għalhekk li l-awtur kellu jissospendi l-edukazzjoni tiegħu u ta’ 12-il sena – bħal tfal oħrajn – ifittex impjieg anke jekk bi ftit flus. Dar diversi fabbriki, jew kif kien jissejħu f’dawk iż-żminijiet: djar tax-xogħol, fosthom fabbrika li għal sitt xhur sħaħ ta’ kuljum kien ikollu joqgħod jibblakka ż-żraben.
Dak li kellu jgħaddi minnu f’din l-età hekk żgħira, influwenza bil-kbir lil Dickens fil-mod li bih iħares lejn ix-xogħol u b’mod speċjali lejn il-flus.
Wara li Dickens kien irnexxielu jkompli l-edukazzjoni tiegħu sab impjieg bħala ġurnalista tal-parlament. Grazzi għal dan ix-xogħol huwa seta’ jkabbar aktar l-għarfien tiegħu fil-mod li bih il-politiċi ta’ żmienu kienu jqisu l-kwistjonijiet soċjali. Grazzi għal dan l-għarfien Charles Dickens ippubblika l-ewwel minn serje ta’ kitbiet. Kien fl-1837 li hu ppubblika l-ewwel rumanz tiegħu bl-isem ta’ ''Pickwick Papers''. Fl-erba’ snin ta’ wara hu rnexxielu jippubblika xejn inqas minn ħames rumanzi oħra, l-aktar magħruf fosthom: ''Oliver Twist''. Dan ir-rumanz kien juri bl-aktar mod ċar id-diffikultajiet tal-familji, il-kundizzjonijiet tax-xogħol f’dawk il-fabbriki tal-bidu, kif ukoll l-intolleranza lejn il-ħaddiema mill-klassijiet diriġenti, kemm jekk industrijalisti kif ukoll politiċi. Interessanti ħafna huwa l-fatt li f’dan ir-rumanz Dickens jagħti idea ċara ta’ x’kienet tfisser il-mobilità fid-dinja tax-xogħol.
 
== Vjaġġi fl-Istati Uniti ==
 
Fl-1842 Charles Dickens għamel l-ewwel minn żewġ vjaġġi fl-Istati Uniti. F’dan il-pajjiż il-kitbiet tiegħu kienu ferm popolari. Iżda minkejja l-ftaħir tas-suċċess tal-ħolma Amerikana, Charles Dickens wara l-ħames xhur li qatta’ jgħix f’dak il-pajjiż, kien diżilluż bil-kbir mill-qerq tal-wegħdiet ta’ x’toffri d-demokrazija Amerikana.
Lejn l-aħħar ta’ dik is-sena, wara l-esperjenzi li kellu, Dickens ippubblika l-ktieb ''American Notes,'' li fost affarijiet oħra jinkludi l-esperjenzi tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema f’fabbrika tat-tessuti u l-kundizzjonijiet tas-skjavi.
Għalkemm illum il-ġurnata Charles Dickens huwa magħruf għar-rumanz ''A Christmas Carol'', l-ewwel minn sensiela ta’ rumanzi, dan ir-rumanz jinkludi kritika qawwija lejn is-soċjetà kif fil-perjodu tal-Milied tappella għall-karità kristjana u redenzjoni.
Tul is-snin 40 Dickens kompla jaħdem bħala ġurnalist. Fl-istess ħin huwa ħoloq il-gazzetta ''London Daily News'' u fl-1850 beda jippubblika l-magazine ta’ kull ġimgħa bl-isem ta’ ''Household Words''.
Kważi l-kitbiet kollha ta’ Dickens qabel ma kienu ppubblikati f’kotba, kienu ppublikati f’faxxikli. Kien fil-magazine tiegħu li Dickens ippubblikat r-rumanz li kellu b’mod dirett juri u jattakka s-sitwazzjoni u l-kefrija tar-rivoluzzjoni industrijali: ''Hard Times''. F’dan ir-rumanz Dickens irnexxielu joħroġ id-differenzi bejn il-klassijiet soċjali. Fil-karattru ta’ Mr Bounderby Dickens joħroġ il-krudeltà u l-isfruttament imwettaq mill-industrijalisti, filwaqt li fil-karattru ta’ Stephen Blackpool il-kittieb juri l-onestà tal-ħaddiema u x-xewqa li jaħdmu u jkollhom kundizzjonijiet tajba.
Biss Dickens għalkemm kien jissimpatizza mat-talbiet tal-ħaddiema kien ukoll jibża’ mill-militanza u kien iżomm lura milli jagħti xi forma ta’ alternattivi għal mod li bih kienu qegħdin jitmexxew il-fabbriki.
Dickens kien jifhem li l-industrijalizzazzjoni kienet ir-riżultat ta’ kapitaliżmu sfrenat. Kien jappella għall-aktar ħniena mal-ħaddiema. Iżda minħabba l-fatt li huwa għex fi snin li kienu għadhom qegħdin jirkupraw minn snin ta’ gwerer kawża tar-rivoluzzjoni Franċiża, bħal ħafna oħrajn kien jibża’ mill-konfrontazzjoni li kienet se tinħoloq biex il-ħaddiema jiksbu kundizzjonijiet aħjar.
Minkejja dan, il-ħassieb u missier is-soċjaliżmu [[Karl Marx]] kien japprezza bil-qabda l-kitbiet ta’ Dickens. F’''Hard Times'', ''Bleak House'' u ''Little Dorrit'', Marx ra x’effetti kien qed ikollu l-kapitaliżmu fuq il-klassi tal-ħaddiema.
Wieħed mir-rumanzi li jista’ jitqies li hu attwali għal dak li qiegħdin ngħixu llum huwa proprju ''Little Dorrit''. Dan ir-rumanz jirrakkonta x’jiġri meta jisfaxxa l-imperu industrijali ta’ Mr Merdle. L-effett ikun wieħed qerriedi fuq kull minn b’xi mod jew ieħor kien jiddependi fuqu, l-aktar il-ħaddiema. Interessanti hu l-fatt ta’ frażi li kiteb Dickens stess fid-deskrizzjoni ta’ dak li seħħ fl-isfaxxar tal-industrija ta’ Merdle: ‘It's nobody’s fault’, M'hu tort ta’ ħadd. Frażi miktuba 155 sena ilu, li iżda tiddeskrivi l-atteġġament li qed ikollhom l-gvernijiet fi żminijietna għal dak li seħħ fil-kriżi finanzjarja u ekonomika tal-2008 u tas-snin ta’ wara. Wieħed jista’ jinnota li l-gvernijiet mhumiex qegħdin jieħdu passi kontra min kien responsabbli għal din il-kriżi, iżda bħal żmien Dickens stess qed jisfurzaw lil klassi tal-ħaddiema biex tagħmel tajjeb għall-iżbalji u l-inkompetenza tal-industrijalisti.
 
L-aħħar rumanz li Charles Dickens ippubblika qabel mewtu kien ''Our Mutual Friend''. Dan ir-rumanz jista’ jitiqies li huwa wieħed iebes fil-mod li jiddeskrivi l-iżvilupp tal-qagħda soċjali ta’ żmien Dickens. F’''Our Mutual Friend'' Dickens juri kif ir-relazzjoni bejn il-persuni tispiċċa f’relazzjoni kapitalista, fejn anke ż-żibel jispiċċa jkollu l-valur monetarju tiegħu (Qisu kien jaf li xi darba jkun hemm il-ħsieb li tiddaħħal taxxa fuq iż-żibel jew li jinġabar u jinbiegħ.)
 
Għalkemm Dickens bl-ebda mod ma jista’ jitqies bħala xi kittieb rivoluzzjonarju, fis-sens politiku, irnexxielu jippreżenta lill-qarrejja tiegħu realtà li fiha l-ħaddiema kienu qegħdin jitkarrbu għal bidla. Din hija karba li anke llum qiegħda tinħass, f’dinja fejn qegħdin ikunu mnaqqra l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, bl-iskuża li l-ekonomija trid tirpilja mill-kriżi, u fl-istess ħin il-ħaddiema qegħdin ikollhom iħallsu aktar taxxi biex il-gvernijiet jgħinu lil min kien responsabbli għal din il-kriżi li ninsabu fiha.
 
== Rumanzi ==