Santa Katerina ta' Siena: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Santa Katerina ta' Siena (1347 – 1380) hija qaddisa tal-Knisja Kattolika bit-titlu ta' Verġni u Duttur tal-Knisja. Santa Katerina twieldet fi Siena, fl-Italja, fl-1347. Kienet ...
 
No edit summary
Linja 1:
Santa Katerina ta' Siena (1347 – 1380) hija qaddisa tal-Knisja Kattolika bit-titlu ta' Verġni u Duttur tal-Knisja.
 
Santa Katerina twieldet fi Siena, fl-[[Italja]], fl-1347. Kienet l-iżgħar fost il-ħamsa u għoxrin wild tal-familja Benincasa.
 
Ta’ tmintax-il sena, ikkonsagrat lilha nnifisha ‘l [[Alla]], u daħlet Terzjarja [[Dumnikana|San Duminku]], u mal-ħajja kontemplattiva ta’ meditazzjoni u talb, bdiet ħajja l-aktar attiva, billi bdiet tmur fl-isptarijiet iddur bil-morda, u bix-xjuħ u tgħin lil kull min setgħet. Kienet tmur ukoll fil-ħabsijiet, u tkellem speċjalment lil dawk li kienu jkunu kkundannati għall-mewt.
 
Fl-epidemija tal-pesta, fl-1374, kienet tieħu ħsieb lil dawk li kienu jimirdu, iddur bihom u tgħinhom, u ġie li anke difnithom hi stess meta mietu.
 
Ħadmet u għenet ħafna L-Knisja meta kienet għaddejja minn wieħed miż-żminijiet tqal tagħha. Fl-1377, ikkonvinċiet lill-[[Papa Girgor XI]] biex iħalli Avignon, [[Franza]] u jmur [[Ruma]]. Ġara li meta miet, floku ġie elett il-Papa Urbanu VI f’Ruma, u f’Avignon ġie elett Papa ieħor bl-isem ta’ Klement VII, u warajh Benedittu XIII, li għal xi żmien kien appoġġat minn [[San VinċensVinċenz Ferrer|Vinċenz Ferrer]], sakemm fl-1414, il-Konċilju ta’ Kostanza saħaq li Benedittu XIII għandu jirriżenja, u fl-1416, iddepożitah. Hi ħadmet bla heda biex tara l-Knisja magħquda mal-Papa leġittimu Urbanu VI.
 
Santa Katerina kitbet id-“Djalogu”, ktieb li jikkonsisti fi djalogi bejn Alla u r-ruħ; madwar erbaq’ mitt ittra lill-Papiet, mexxejja ta’ pajjiżi u nies prominenti, li juru l-fond ta’ l-ispiritwalita’ u tal-għerf tagħha; u kitbiet oħrajn.
Linja 14:
Mietet fid-29 ta’ April 1380, f’Ruma, meta kellha 33 sena.
 
Il-Papa Pawlu VI fl-4 ta’ Ottubru 1970 iddikjaraha “Duttur tal-Knisja” flimkien ma [[Santa Tereża ta’ Avila|Tereża t'AvilaÁvila]].
 
Il-festa tagħha ssir fid-29 t'April.