Gerald Strickland: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Tiswija
Linja 1:
'''Sir Gerald Strickland''' kien il-mexxej tal-[[Partit Kostituzzjonali]] u r-raba’ Prim Ministru ta’ Malta. Twieled il-[[Valletta|Belt]] fl-24 ta’ Mejju 1861, iben Walter Strickland u Louisa Bonici Mompalao. Huwa għamel l-istudji tiegħu f’Malta, l-[[Italja]] u l-[[Ingiterra]]. Ħadem fis-Servizz Ċivili ta’ l-[[Imperu Ingliż]] taħt il-Prim Ministru, [[Joseph Chamberlain]].
 
Fl-1887 kien elett fil-Kunsill tal-Gvern u fis-sena ta’ wara kien nominat Chief Secretary. Huwa baqa’ jokkupa din il-kariga sa l-1902 meta kien nominat Gvernatur ta’ [[Leeward Islands]]) u anki Gvernatur ta’ [[Tasmanja]], f’[[Western Australia]] u [[New South Wales]]. Fl-1917 reġa’ lura Malta u waqqaf l-Anglo-Maltese Party li ftit wara ngħaqad mal-Maltese Constitutional Party u sar il-Partit Kostituzzjonali taħt it-tmexxija tiegħu. Huwa kien Kap ta’ l-Oppożizzjoni bejn l-1921 u l-1927 – tliet Leġislaturi. Wara l-Elezzjonijiet tal-1927 il-Partit tiegħu flimkien mal-[[Partit Laburista]] kellhom il-maġġoranza, sar il-ftehim tal-[[Compact]], u Strickland inħatar Prim Ministru bejn Awissu 1927 u Ġunju 1930. Tul din il-Leġislatura Strickland kellu l-inkwiet mal-membri tas-Senat u aktar tard qamet ukoll il-kwistjoni politiko-reliġjuża. Dawn wasslu għas-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1930.
 
Ħeles minn attentat fuq ħajtu meta persuna ppruvat tassassinah minminn ftit passi ‘l bogħod minnu, iżda ma laqtitux. Sir Gerald Strickland kien ukoll Ministru tal-Ġustizzja bejn April 1929 u Ġunju 1932 u Novembru 1933, Kap ta’ l-Oppożizzjoni. Wara l-għoti mill-ġdid tal-Kostituzzjoni fl-1939, Strickland kien il-mexxej tal-maġġoranza fil-Kunsill tal-Gvern. Huwa miet fid-dar tiegħu f’[[Attard|Ħ’Attard]], fit-22 ta’ Awissu, 1940.
 
<!--[[Template:Prim Ministri ta' Malta]]-->