Charles Dickens: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 41:
F'Malta, f'Marzu 2012, id-Dar tal-Pubblikazzjoni tal-[[Partit Laburista]], SKS, fakkret il-200 sena mit-twelid ta’ Charles Dic­kens b’espożizzjoni ta’ dokumenti awtentiċi tal-kittieb Ingliż. Fost l-esebiti kien hemm il-firma oriġinali ta’ Charles Dic­kens, edizzjonijiet antiki u rari ta’ rumanzi ta’ Charles Dic­kens u t-traduzzjoni Maltija ta’ “A Tale of Two Cities” mik­tuba bl-idejn fuq pitazz li [[Karmenu Vassallo]] kien qaleb għall-Malti fl-1950 u ippubb­likah bl-isem ta’ “Ġrajja Ta’ Żewgt Ibliet”. Il-firma ta’ Charles Dickens tinsab fl-aħ­ħar paġna tal-ewwel edizzjoni tar-rumanz “Hard Times” li Dickens kiteb fl-1863.
SKS nidiet l-edizzjoni ġdida ta’ “Ġrajja Ta’ Żewgt Ibliet” bl-illustrazzjonijiet oriġinali li kienu dehru mar-rumanz li Dickens kien kiteb fl-1859. L-edizzjoni għandha “Kelm­­tejn Tal-Aħħar” ta’ Joe Mical­lef Stafrace. Anton Cassar, Ċer­men tal-SKS qal li din id-Dar tal-Pubblikazzjoni ħasset li għandha tfakkar il-biċentinar­ju tat-twelid ta’ Charles Dic-kensDickens b’rikonixximent għall-ħila letterarja tal-awtur u l-im­penn tiegħu favur ir-riforma soċjali. Is-Sur Cassar ippreżenta kopja tar-rumanz lil Oliver Paul Vassallo, iben Karmenu Vassallo, li attenda għat-tnedija tal-es­pożizzjoni.
 
Din l-espożizzjoni t­tellgħet fil-foyer taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista bil-kollaborazzjoni ta’ kollezzjonisti privati u tal-Bib­ljoteka Nazzjonali. Kien esebit pitazz li fuqu Karmenu Vassallo kien beda jaqleb ir-ru­manz għall-Malti fl-1948. Vas­sallo dam 30 xahar jaħdem fuq din it-traduzzjoni. Hemm ukoll għall-wiri l-ewwel (1950) u t-tieni edizzjoni (1981) ta’ “Ġrajja Ta’ Żewġ Ibliet”.