Knisja Kattolika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 13:
L-aħħar statistiċi (dawk tal-2009) juru li hawn ftit inqas 1.2 biljun Kattoliku. Fl-1950 kien hawn 437 miljun, u fl-1970, 654 miljun. Iż-żieda mis-sena 2000 għal 2008 kienet ta' 33% fl-[[Afrika]], iżda 1.2% biss fl-Ewropa. Żieda ta' 16% fl-[[Asja]], 11% fl-[[Oċeanja]], u 11% fl-[[Amerki]]. Il-Kattoliċi huma 18% of tal-popolazzjoni totali Afrikana, 63% tal-Amerki, 3% tal-Asja, 40% tal-Ewropa, 26% tal-Oċeanja, u 17.4% tal-popolazzjoni tad-dinja.
 
In-numru ta’ Kattoliċi madwar id-dinja żdied b’1.3% bejn l-2008 u l-2009, jew madwar 1519-il miljun, minn 1,166 miljun għal 1,181 miljun. Dan joħroġ mill-Annwarju Pontifiċju 2011 li kien ippreżenat lill-Papa Benedittu XVI mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone.
 
Kważi nofs il-Kattoliċi fid-dinja jgħixu fl-Ameriki (49%). Kwart jgħixu fl-Ewropa waqt li fl-Afrika u l-Asja jgħixu 15% u 11% tal-Kattoliċi rispettivament. Il-bqija, madwar 0.8% jgħixu fl-Oċeanja.
Linja 20:
Sal-aħħar tal-2007 kien hawn 408,024 qassis Kattoliku fid-dinja, 762 iktar milli kien hemm fil-bidu ta' dik is-sena. Żdiedu l-aktar fl-Asja u l-Afrika, b'żieda ta' 21% u 28% rispettivament. Bejn l-2000 u l-2007, fl-Ewropa naqsu b'7% u fl-Oċeanja b'5.5%. Fl-2009, in-numru ta’ saċerdoti żdied bi 809 mis-sena ta' qabel. Fuq medda ta’ għaxar snin, iż-żieda kienet ta’ madwar 5,600. Fl-aħħar tal-2009 kien hemm 410,593 saċerdot li minnhom 275,542 kienu djoċesani u 135,051 reliġjużi. Waqt li żdiedu b’mod sinjifikanti n-numru ta’ saċerdoti djoċesani (minn 265,012) kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ reliġjużi (139,997 fl-1999). Iċ-ċaqliq fin-numru ta’ saċerdoti kien inekwu madwar id-dinja b’żieda fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod speċjali fl-Amerika Latina.
 
== Knejjes fil-komunjoni sħiħa Kattolika ==