Kardinal: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''Kardinal''' tal-Knisja Kattolika huwa prelat, magħżul direttament mill-isqof ta' Ruma (il-Papa) biex ikun kollaboratur dirett tiegħu fil-funzjoni tiegħu ta' ragħaj ...
 
Linja 11:
Dawk li jkunu diġà qegħdin imexxu xi waħda mill-kongregazzjonijiet tal-Kurja Rumana jew kummissjonijiet speċjali u permananeti maħturin mill-Papa, ġeneralment jinħatru wkoll bħala kardinali. Dawn ikunu residenti f’Ruma stess u, skont it-Trattat tal-Lateran tal-1929 (art. 21) jitqiesu bħala ċittadini tal-Vatikan. Hemm imbagħad ħafna kardinali oħra li jkunu wkoll isqfijiet djoċesani f’artijiet madwar il-kontinenti kollha.
 
Dawn l-isqfijiet jinħatru kardinali jew tkun saret drawwa li l-isqof tat-tali belt magħrufa jkun ukoll kardinal, jew għax bħala persuni jkollhom merti kbar. Jidher ukoll li, kif jaħsbu ħafna osservaturi attenti, ikun hemm xi polemiċi jew kontroversji f’dawk il-pajjiżi bejn il-Knisja u l-Istat u allura l-Papa jidhirlu li għandu jagħti spinta lill-isqof tal-post ħalli jidher iktar b’saħħtu f’għajnejn in-nies kollha f’dak il-pajjiż. F’dan is-sens, infatti, fis-snin sittin, fi żmien idil-dnubkwistjoni ilPolitiko-mejjetReliġjuża, kien hawn għidut li l-arċisqof [[Mikiel Gonzi]] jista’ jsir kardinal, ħaġa li ma seħħitx. L-istess ġara fl-2010 meta kien hawn għidut li l-arċisqof Pawlu Cremona jista' jsir kardinal fi żmien il-kwistjoni tar-referendum tad-divorzju.
 
Kien hemm każi wkoll fejn Papa jista’ jaħtar kardinal bla ma jxandar ismu – jinżamm ‘in pectore’, f’qalbu. Dan jagħmlu minħabba ċirkostanzi fejn ħa-ra bħal din tista’ tpoġġi l-ħajja tal-‘kardinal ġdid’ f’periklu minħabba l-ebusija għall-knisja lokali min-naħa tal-Istat, bħal meta l-Papa xtaq jaħtar kardinali fiċ-Ċina jew pajjiżi oħra fejn il-knisja tgħix ħajja iebsa.