Soft law: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Fil-lingwaġġ ġuridiku, it-terminu Ingliż soft law, li hu diffiċilment traduċibbli għall-Malti, jirreferi għal sensiela ta' fenomeni ta' regolazzjoni marbutin mal-produzzjon...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 18:10, 17 Frar 2012

Fil-lingwaġġ ġuridiku, it-terminu Ingliż soft law, li hu diffiċilment traduċibbli għall-Malti, jirreferi għal sensiela ta' fenomeni ta' regolazzjoni marbutin mal-produzzjoni ta' regoli li m'għandhomx effikaċja vinkolanti diretta. Is-soft law għalhekk hija kontrapposta għall-istrumenti tradizzjonali tar-regoli (il-liġijiet, ir-regolamenti, eċċ), li joħorġu skont proċeduri determinati minn min għandu l-awtorità (il-parlamenti, il-gvernijiet, eċċ.), li jipproduċu regoli li għandhom effikaċja vinkolanti diretti fil-konfront tad-destinatarji tagħhom (hard law).

Fin-nuqqas ta' effikaċja vinkolanti diretta, il-garanzija tal-osservanza tar-regoli tas-soft law tistrieħ fuq il-fatt li min jagħmel is-soft law huwa d-destinatarju tagħha (l-awtoregolamentazzjoni) inkella fuq l-awtorevolezza ta' min jagħmilha u għalhekk fuq il-qawwa perswassiva tal-istess. Dawn ir-regoli jwasslu għal sitwazzjonijiet ġuridiċi soġġettivi direttament tutelabbli f'sede ġuridsizzjonali, għad li dan ma jeskludix li l-imħallef jieħu kunsiderazzjoni indiretta tagħhom.

Il-kunċett ta' soft law hu pjuttost sfumat, u jfisser gamma varjegata ta' fenomeni normattivi: mill-kodiċijiet tal-awtoregolamentazzjoni adottati minn impriżi partikolari jew organizzazzjonijiet oħrajn, sal-kodiċijiet deontoloġiċi jew regoli simili adottati minn assoċjazzjonijiet professjonali; kif ukoll minn ċerti atti internazzjonali.

Wieħed jista' jdaħħal fil-kunċett ta' soft law anki l-lex mercatoria, jiġifieri tak il-korp ta' regoli maħluq mill-komunità tal-kummerċjanti għall-eżiġenzi tal-kummerċ internazzjonali. Dawn huma regoli ta' oriġini diversi, li twieldu l-aktar mill-prassi, b'mod partikolari dik li toħroġ mid-deċiżjonijiet ta' ċerti kmamar internazzjonali importanti tal-arbitraġġ), li iżda, in-natura tagħhom, hija kontroversa ħafna, tant li hemm min saħansitra jiċħad li jeżistu.