San Ġużepp: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 19:
 
Fl-ewwel tliet sekli tal-Knisja, San Ġużepp intesa jew twarrab xi ftit mill-kittieba biex jispikka aktar Ġesù.
San Ġużepp reġa' beda jissemma fir-raba' seklu minn San Ġwann Griżostmu u San Ġilormu u Santu Wistin. [[San Ġilormu]] enfasizza il-Verġinità ta' Marija, allura biex jiċċara dan il-punt, semma l-kastità ta' Ġużeppi. [[Santu Wistin]] tkellem fuq il-qdusija, iż-żwieġ tiegħu. Id-devozzji lejh bdiet mill-Insara Kopti fl-Eġittu.
Iżda fil-Punent San Ġużepp reġa’ twarrab fis-sekli ta' wara, u kien propju fit-13 –il seklu meta reġa' ssemma minn [[San Tumas ta' Akwinu|San Tumas]], li kiteb fuq iż-żwieġ qaddis ta' Ġużeppi u Marija u fuq il-Verginità tagħha.
Kiteb fuqu wkoll J.Gerson (1363 - 1429).
L-Arċisqof ta' Chambrai kien għamel trattat fuq it-12 il-Glorja ta' San Ġużepp fl-1495.
Linja 26:
San Bernard ta' Siena għamel studju wkoll billi ħa ħsieb jgħaqqad il-kitbiet ta' qabel biex it-tagħlim jinġabar fi ktieb wieħed.
Isidoro Isolari għamel trattat ta' Teologija Ġużeppina fis-seklu ħmistax: "Summa de Donis S.Joseph".
 
Fl-1621, il-Papa Girgor XV għamel il-festa ta’ San Ġużepp fid-19 ta’ Marzu bl-obbligu tal-quddies.Nhar it-8 ta' Diċembru 1870, San Ġużepp ġie iddikjarat Patrun tal-Knisja Universali u d-19 ta' Marzu ntgħażlet biex tkun iddedikata lilu. Dan sar mill-Beatu [[Papa Piju IX]].
Fuq San Ġużepp kitbu wkoll [[Papa Piju X|San Piju X]], [[Papa Benedittu XV]], Piju XI u Piju XII.
Fl-1955 il-[[Papa Piju XII]] iddedika l-ewwel ta' Mejju lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Ħaddiema.