San Ġużepp: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
San Ġużepp (Lhudi יוֹסֵף, "Josef"; Grieg: Ἰωσήφ)kien ilir-raġel tal-[[Madonna]] u l-missier putattiv ta' [[Ġesù Kristu]].
 
== Fit-Testment il-Ġdid ==
 
L-isem Ġużeppi bil-Lhudi huwa 'Josef' li ġejja minn 'jasaf' li tfisser tkattar. L-ewwel żewġ personaġġi li jiktbu fuq dan il-qaddis huma [[San Mattew]] u [[San Luqa]].
Skont San Mattew (1,20) San Ġużepp gej mir-razza ta' [[David]]. Ukoll skont San Luqa (2,4) jidher ċar li Ġużeppi gej minn din ir-razza.
Skont San Mattew (1,16) missieru huwa Ġakobb, u skont San Luqa (3, 23) Għeli. Huwa evidenti li missieru huwa kif qal San Luqa, Għeli, għax dan qaluh in-nies ta' Ġerusalemm stess.
Kien il-Kustodju msejjaħ minn Alla biex jieħu ħsieb lil Ġesù u lil Marija. Kien raġel żagħżugħ qaddis u mhux xiħ kif huwa ppreżentat f'ħafna stampi u statwi tiegħu. L-artisti jpinġuh xiħ biex tidher iżjed il-verġinità ta' Marija. Għalkemm kienu miżżewġin, it-tnejn baqgħu verġni. (Mattew 1, 18-21) San Ġużepp huwa l-Missier legali ta' Ġesù. La Marija hija ommu verġni, hekk ukoll Ġużeppi huwa Missieru Kast. Missier għax ir-raġel ta' Omm Ġesù, u kast għax ma kellux x'jaqsam mal-Inkarnazzjoni.
Linja 19:
 
Fl-ewwel tliet sekli tal-Knisja, San Ġużepp intesa jew twarrab xi ftit mill-kittieba biex jispikka aktar Ġesù.
San Ġużepp reġa' beda jissemma fir-raba' seklu minn San Ġwann Griżostmu u San Ġilormu u Santu Wistin. [[San Ġilormu]] enfasizza il-Verġinità ta' Marija, allura biex jiċċara dan il-punt, semma l-kastità ta' Ġużeppi. [[Santu Wistin]] tkellem fuq il-qdusija, iż-żwieġ tiegħu.
San Ġużepp reġa’ twarrab fis-sekli ta' wara, u kien propju fit-13 –il seklu meta reġa' ssemma minn [[San Tumas ta' Akwinu|San Tumas]], li kiteb fuq iż-żwieġ qaddis ta' Ġużeppi u Marija u fuq il-Verginità tagħha.
Kiteb fuqu wkoll J.Gerson (1363 - 1429).
L-Arċisqof ta' Chambrai kien għamel trattat fuq it-12 il-Glorja ta' San Ġużepp fl-1495.
Linja 26:
San Bernard ta' Siena għamel studju wkoll billi ħa ħsieb jgħaqqad il-kitbiet ta' qabel biex it-tagħlim jinġabar fi ktieb wieħed.
Isidoro Isolari għamel trattat ta' Teologija Ġużeppina fis-seklu ħmistax: "Summa de Donis S.Joseph".
Nhar it-8 ta' Diċembru 1870, San Ġużepp ġie iddikjarat Patrun tal-Knisja Universali u d-19 ta' Marzu ntgħażlet biex tkun iddedikata lilu. Dan sar mill-Beatu [[Papa Piju IX]].
Fuq San Ġużepp kitbu wkoll [[Papa Piju X|San Piju X]], [[Papa Benedittu XV]], Piju XI u Piju XII.
IlFl-1955 il-[[Papa Piju XII]] iddedika l-ewwel ta' Mejju lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Ħaddiema.
Il-Beatu [[Papa Ġwanni XXIII]], għażel lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Konċilju Vatikan II f’ittra tiegħu tad-19 ta' Marzu 1961.