Morus (botanika): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 40:
 
It-tut, it-tut aħmar u ċ-ċawsli huma mifruxa fl-[[Albanija]], l-[[Ażerbajġan]], l-[[Armenja]], L-[[Indja]] ta’ fuq, il-[[Ġordan]], is-[[Sirja]], il-[[Libanu ]], [[Ġorġja]], il-[[Pakistan]], l-[[Iran]], it-[[Turkija]], l-[[Eġittu]], il-[[Libja]] u l-[[Afganistan]], fejn is-siġra u l-frott huma magħrufa bħala ''tut'' jew ''xaħtut'', kliem li ġejjin mill-[[Persjan]]. Sikwit f’dan ir-reġjun, minhomm jagħmlu ġammijiet u sorbetti. It-tut ġie importat fil-[[Renju Unit|Gran Brittanja]] għall-ewwel darba fis-seklu 17 bit-tama li jintuża fit-trobbija tad-dud tal-ħarir. Kien jintuża ħafna fil-mediċina popolari speċjalment bħala duwa għall-ħżież. Fl-[[Stati Uniti|iStati Uniti]] it-tut ġiem importat mill-Pakistan. Fil-[[Greċja]] it-tut hu mifrux sewwa b'mod partikolari fil-[[Peloponneżu]], li fil-[[Medju Evu]] kienu magħrufa bħala Morea (bil-Grieg Μωριάς,''Morias'') , li ġejja mill-kelma Griega għas-siġra (Μουριά, ''Μouria'').
 
 
Il-weraq tal-morus, l-iżjed taċ-ċawsli, huma ekoloġikament importanti bħala l-uniku ikel tad-dudu tal-ħarir (''Bombyx mori'', imsemmi għall-ġeneru Morus), li l-fosqda tegħu tintuża biex isir il-ħarir. Il-larvi ta' xi lepidotteri oħra kultant jieklu dawn ix-xtieli, fosthom tal-baħrin ''Hemithea aestivaria'', ''Mimas tiliae'' u ''Acronicta aceris''.