Ġużè Muscat Azzopardi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 21:
Muscat Azzopardi spikka bħala rumanzier. Fir-rumanzi storiċi tiegħu ''Toni Bajjada'' (1878), ''Mattew Callus'' (1878), ''Vicu Mason'' (1881), ''Susanna'' (1883), ''Ċejlu Tonna'' (1886), ''Ċensu Barbara'' (1893) u ''Nazju Ellul'' (1909), l-imgħoddi jiġi użat għal l-applikazzjoni universali tiegħu. B’mod romantiku l-istorja issir indikazzjoni tal-ġejjieni u r-rumanzier iħallat valuri nazzjonalistiċi ma’ l-istorja vvintata. It-tagħqid ta’ l-istorja (li teħtieġ tiftix) u l-finzjoni (li teħtieġ immaġinazzjoni) tfittex li tgħallem u fl-istess ħin tiddeverti. Hu jimla il-proża tiegħu bl-istorja u narrazzjoni diretta hekk kif l-istejjer tiegħu huma bbażati fuq azzjoni, deskrizzjoni, eżortazzjoni u istruzzjoni espliċita. Filwaqt li l-karattri mhumiex żviluppati psikoloġikament, il-qarrej jifhem il-karattru b’dak li jagħmel u mhux minħabba xi personalità żviluppata.
 
Guze== Muscat Azzopardi kienbħala persunapoeta importanti hafna!==
Muscat Azzopardi kien ukoll poeta mirqum li esperimenta fil-flessibilita tal-[[Malti]] bħala mezz ta’ espressjoni poetika. Ħafna mill-poeżiji tiegħu jinstabu f’''Ġabra ta’ Poeżiji bit-Taljan u bil-Malti'' (1876), ''Ħamsin poeżija bil-Malti'' (1890) u ''Ġabra sħiħa ta’ Sunetti bi Studju fuqhom tal-Kittieb Innifsu'' (1956). Il-poeżija tiegħu ħadet ħafna elementi validi mill-ambjent ta’ madwaru u l-interpretazzjoni soċjali li ppreżentat kienet kemm il-darba t’ispirazzjoni għal poeti oħrajn. Minħabba s-sens estetiku tiegħu qatt ma nesa’ il-missjoni tiegħu ta’ edukatur letterarju u anke l-poeżija tiegħu ħafna drabi hija didattika.
 
Ġużè Muscat Azzopardi, flimkien ma’ awturi minuri oħra bħal [[Ludovik Mifsud Tommasi]], [[Richard Taylor]], [[Anton Muscat Fenech]], [[Dwardu Cachia]] u [[Manwel Dimech]], wirtu l-wirt poetiku ta' [[Ġan Anton Vassallo]] li sejjes il-poeżija tiegħu fuq tlett taqsimiet prinċipali: dik sentimentali, dik satirika u dik nazzjonalistika. L-awturi msemmija hawn fuq issoktaw jorqmu u jfettħu l-orjentament demokratiku tal-poeżija, waqt li wessgħu l-medda ta’ l-ispirazzjoni tagħhom billi fehmu aħjar l-istrutturi soċjali u l-mudelli kulturali, waqt li komplew itejbu t-taħdit letterarju tagħhom, dejjem fid-dawl tal-forom tat-taħdit popolari. Din li ġejja hija parti mill-poeżija ta’ Ġużè Muscat Azzopardi ''Il-Baħar'', b’xhieda ta’ l-istil tiegħu:
 
{| border=0
|-
| valign=top |
:Mita, fis-sajf, kif jisbaħ,
:Nixref mit-tieqa tiegħi,
:Biex nara l-mewġ ta’ taħti
:Stenbaħx biċ-ċiera miegi;
 
:U nilmħu donnu ġelu
:Magħqud bit-trab tan-nir,
:Bil-qlugħ tad-dgħajjes ħierġa
:Bħal qatgħa gawwi kbir;
 
:Mita, kif l-ewwel dija
:Tax-xemx tibda tleqq fuqu,
:Narah jitħarrek – donnu
:ħass ’il xi ħadd isuqu;
 
:u mal-blatiet tal-plajja,
:bin-nida tiegħu xeheb,
:qalb il-bokok tal-fidda
:ifawwar jut tad-deheb;
 
:mita narah, bil-qima
:tal-maħbubin mistura,
:jersaq lejn l-art, ibusha…
:u jarġa’ jwarrab lura;
 
:nifhem, f’dik is-sbuħija,
:li xejn m’aħna l-bnedmin;
:u nħoss il-bżonn li ngħajjat;
:Alla, kemm int ħanin!
 
== Muscat Azzopardi bħala traduttur u drammaturgu==