Nicolò Isouard: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: scn:Nicolas Isouard
Linja 7:
 
Fl-1790, ta’ ħmistax-il sena, missieru Fortunato, li kien negozjant, bagħatu jistudja fil-Kulleġġ Militari, l-[[Italja]] kif ukoll f’Pariġi fejn studja l-kummerċ. Minħabba r-[[Rivoluzzjoni Franċiża]] li faqqgħet fl-1789, Nicolò kellu jabbanduna l-istudju u jmur lura Malta.
Kontra x-xewqat ta’ missieru, Malta studja l-mużika taħt is-Surmast Don [[Michelangelo Vella]] (1715–1792) u s-Surmast [[Francesco Azzopardi]] (1745–1809), il-magħruf ‘Maestro di Cappella’. Dawn ikkonvinċew 'il-missieru biex jibagħtu jkompli jistudja l-mużika Palermo. Hemm studja taħt Giuseppe Amendola u wara mar Napli fejn studja taħt Nicola Sala u Pietro Alessandro Guglielmi. Hemmhekk beda jdoqq iċ-ċimblu u sar membru ta' banda Santa Fiore di Censina di Capri. Kien suċċess kbir u wara ssokta l-istudji tiegħu f'Napli.
 
L-ewwel opra tiegħu ''Casaciello Persiguitato da un Mago'' ittellgħet fit-[[Teatru Manoel]] il-belt Valletta fl-1793. (Isouard kellu 18-il sena). It-tieni waħda, ''L’Avviso ai Maritati'', li ttellgħet Firenze fl-1794, ma tantx irnexxiet, imma t-tielet waħda ''Artaserse'', li saret f’Livorno sena wara fl-1795, għamlet suċċess ikbar.