Filosofija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 26:
===Il-Loġika===
{{Main|Loġika}}
Il-loġika hi l-istudju tal-prinċipji ta' konklużjonijiet (inferenzi) validi u ta' raġunament korrett. Illum is-suġġett tal-loġika għandu żewġ oqsma vasti: il-[[loġika matematika]] (loġika simbolika formali) u dik imsejħa l-[[loġika filosofika]]. F'[[raġunament deduttiv]], [[argument (loġika)|argument]] jinbena billi jiġi muri li xi konklużjoni loġika tiżvolġi b'mod naturali minn sett ta' ċerti premessi. Argument bħal dan jissejjaħ [[silloġiżmu]]. Argument jissejjaħ [[validu]] jekk il-konklużjoni tiegħu tassew titwassal mill-premessi tiegħu, kemm jekk il-premessi huma veri jew le, filwaqt li argument jagħmel sens jekk il-premessi li minnu ħareġ huma veri. Konklużjonijiet minn premessi jirrikjedu r-[[regoli tal-inferenza]], bħal, eżempju, l-iktar metodu popolari, il-[[modus ponens]]. [[Loġika propożizzjonali sempliċi]] tinvolvi konklużjonijiet minn [[prepożizzjoni]]jiet, li huma [[dikjarazzjoni (logika)|dikjarazzjonijiet]] li jistgħu ikunu kemm veri jew foloz. Il-[[Loġika tal-predikat]] tittratta konklużjonijiet minn [[varjabbli (matematika)|varjabbli]] li jridu jiġu kkwalifikati minn [[kkwantifikazzjoni|ikkwantifikaturi]] meta huma veri u meta huma foloz. [[Raġunament induttiv]] jasaliwassal għal konklużjonijiet u ġeneralizzazzjonijiet ibbażati fuq [[raġunament probabilistiku]].
 
===Il-Metafiżika===
{{Main|Metafiżika}}
Il-metafiżika tittratta temi dwar ir-[[realtà]], bħall-[[eżistenza]], ir-relazzjoni bejn il-menti (il-moħħ) u l-ġisem, l-[[oġġett (filosofija)|oġġetti]] u l-[[karatteristika (filosofija)|karatteristiċi]], avvenimenti and l-kawżalità. Friegħi oħra tradizzjonali tal-metafiżika huma l-[[kożmoloġija]] u l-[[ontoloġija]].
 
L-[[Idealiżmu]] hu l-twemmin li r-realtà hi fundamentalment mibnija mill-menti, jew inkella li hi immaterjali, filwaqt li r-[[Realiżmu filosofiku|realiżmu]] jsostni li r-realtà, jew għallinqas partijiet minnha, teżisti indipendentement mill-menti. Il-[[partikolari]] huma dawk l-oġġetti magħduda li jeżistu fi spazju u ħin, bil-maqlub ta' [[oġġett astratt|astratti]], bħan-numri. L-[[universali (filosofija)|universali]] huma karatteristiċi ta' partikolari multipli, bħall-ħmura, jew il-ġeneru. It-tip ta' eżistenza ta' universali u oġġetti astratti hi dibattibbli. Ir-realiżmu huwa kultant użat biex isostni l-eżistenza ta' dawn tal-aħħar, filwaqt li n-[[nominaliżmu]] huwa kultant użat biex jissimbolizza ċ-ċaħda tal-universali, l-astratti, jew it-tnejn.<ref>Rodriguez-Pereyra, Gonzalo (2008). "Nominalism in Metaphysics", ''The Stanford Encyclopedia of Philosophy'', Edward N. Zalta (ed.). ([http://plato.stanford.edu/archives/spr2008/entries/nominalism-metaphysics/ link]) {{quote|"Il-kelma 'Nominaliżmu', kif użata minn filosfi kontemporanji fit-tradizzjoni Anglo-Amerikana, hi waħda ambigwa. F'ċertu sens, l-iktar sens tradizzjonali tagħha, derivat mill-Medjuevu, jimplika ċ-ċaħda tal-universali. F'sens ieħor, iktar modern iżda li rabba daqstant għeruq, jimplika ċ-ċaħda t'oġġetti astratti"}}</ref> Il-[[kunċettwaliżmu]] jsostni li l-universali jeżistu, iżda jeżistu biss fi ħdan il-perċezzjoni tal-moħħ.<ref>Strawson, P. F. "Conceptualism." Universals, concepts and qualities: new essays on the meaning of predicates. Ashgate Publishing, 2006.</ref>
 
Il-mistoqsija dwar jekk l-[[eżistenza]] hijiex [[wikt:karatteristika|karatteristika]] ilha tiġi diskussa mill-bidu tal-perjodu Modern. L-[[essenza]] hi l-ġabra tal-attributi li jagħmlu oġġett dak li fundamentalment hu u li mingħajrhom jitlef l-[[Identità personali (filosofija)|identità]] tiegħu. L-essenza tikkuntrasta mal-[[aċċident (filosofija)|aċċident]]: karatteristika li s-sustanza għandha b'mod [[kontinġenza metafiżika|kontinġenti]] u li mingħajra s-sustanza xorta tista' żżom l-identità tagħha.
 
 
==Referenzi==