Filosofija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 26:
===Il-Loġika===
{{Main|Loġika}}
Il-loġika hi l-istudju tal-prinċipji ta' konklużjonijiet (inferenzi) validi u ta' raġunament korrett. Illum is-suġġett tal-loġika għandu żewġ oqsma vasti: il-[[loġika matematika]] (loġika simbolika formali) u dik imsejħa l-[[loġika filosofika]]. F'[[raġunament deduttiv]], [[argument (loġika)|argument]] jinbena billi jiġi muri li xi konklużjoni loġika tiżvolġi b'mod naturali minn sett ta' ċerti premessi. Argument bħal dan jissejjaħ [[silloġisżmusilloġiżmu]]. Argument jissejjaħ [[validu]] jekk il-konklużjoni tiegħu tassew titwassal mill-premessi tiegħu, kemm jekk il-premessi huma veri jew le, filwaqt li argument jagħmel sens jekk il-premessi li minnu ħareġ huma veri. Konklużjonijiet minn premessi jirrikjedu r-[[regoli tal-inferenza]], bħal, eżempju, l-iktar metodu popolari, il-[[modus ponens]]. [[Loġika propożizzjonali sempliċi]] tinvolvi konklużjonijiet minn [[prepożizzjoni]]jiet, li huma [[dikjarazzjoni (logika)|dikjarazzjonijiet]] li jistgħu ikunu kemm veri jew foloz. Il-[[Loġika tal-predikat]] tittratta konklużjonijiet minn [[varjabbli (matematika)|varjabbli]] li jridu jiġu kkwalifikati minn [[kkwantifikazzjoni|ikkwantifikaturi]] meta huma veri u meta huma foloz. [[Raġunament induttiv]] jasal għal konklużjonijiet u ġeneralizzazzjonijiet ibbażati fuq [[raġunament probabilistiku]].
 
 
 
==Referenzi==