Anton Buttigieg: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 5:
==Avukat, Pulizija u Ġurnalist==
Fi żmien it-[[Tieni Gwerra Dinjija]] huwa ħadem ta' avukat, u kien spettur tal-pulizija fil-kontroll tal-ikel (1942 - 1944). Wara l-Gwerra, mill-1944 sal-1948, kien ġurnalist tal-Qorti mat-"Times of Malta". Kien Editur tal-ġurnal Laburista "The Voice of Malta" mill-1959 sal-1970.
ahah
 
==Politiku==
L-ewwel darba li daħal fil-politika kien mal-[[Partit Kostituzzjonali]] ta' [[Lord Strickland|Strickland]] fl-1951. Ħareġ għall-elezzjonijiet tal-1951 u l-1953 ma' dak il-Partit imma ma ġiex elett. Fl-1955, [[Ġużè Ellul Mercer]] ikkonvinċieh joħroġ mal-[[Partit Laburista]] għall-elezzjoni li saret dik is-sena. Daħal fil-Parlament fl-1956 minflok Ġużè Flores li sar imħallef. Kien Delegat tal-Partit għall-Malta Constitutional Conferences li saru f'Londra fl-1958 u fl-1964. Mill-1959 sal-1961 kien President of tal-Partit Laburista. Fl-1962, Buttigieg li kien Kattoliku konvint, ikkontesta mal-Partit Laburista minkejja li dan kien interdettjat mill-Knisja, fi żmien il-[[Kwistjoni Politiko-Reliġjuża]], u kien elett fuq it-tmien distrett. Inħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Reġa' kien elett fl-elezzjonijiet tal-1966, 1971 u 1976. Kien rappreżentant tal-Partit fl-Assemblea Konsultattiva tal-Kunsill tal-Ewropa (1967–1971), fejn kien elett Viċi-President (1967–1968). Fl-1971, meta l-Partit Laburista immexxi minn [[Dom Mintoff]] tela' fil-gvern, huwa nħatar Ministru tal-Ġustizzja u tal-Parlament u Deputat Priministru.