Anthony Mamo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
Sir Anthony Mamo, OBE, QC, (Birkirkara, 9 Jannar 1909 – Mosta, 1 Mejju 2008) kien l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta mill-1974 sal-1976.
 
== Tfulija ==
== Tfulija ==
 
Anthony Mamo twieled [[Birkirkara]] fid-9 ta’ Jannar, 1909. Fi kliem ibnu John, Anthony jew Ninu Mamo "twieled fqir. Kienu ħafna aħwa u t-tfulija tagħhom kienu jgħixuha fil-faqar. Kien imur skola Birkirkara u anke ġieli f’Ħ’Attard. Kien jirrakkontali li fi tfulitu kienet problema biex ikollhom finanzi biżżejjed biex jixtru sandli jew qorq. Biex jibża għall-qorq li kellu, tant li fit-triq li tagħti lejn l-iskola li fiha ma kienx ikun hemm nies, kien jimxi ħafi. Meta jasal fil-parti ċentrali, kien jilbsu. Missieru u ommu mhux biss kellhom familja kbira, imma d-dħul tagħhom kien ristrett għax huma kull ma kellhom kien ħanut li jbiegħu l-ħaxix. Missieri kienu ukoll jgħin f’dan ix-xogħol, li l-moħħ wara x-xogħol ta’ dan il-ħanut kienet l-omm.”