Naħla: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.6.3) (Bot Żieda: ky:Аары
Linja 46:
Hemm ħafna aktar speċi ta' naħal li huma primittivament ewsoċjali milli ewsoċjali għall- aħħar, imma dawn rari ġew studjati. Il- bijoloġija tal- parti l- kbira ta' dawn l-ispeċi hi ftit li xejn magħrufa . Il- maġġoranza l-kbira tagħom huma fil-familja [[Halictidae]]. Il-kolonji huma tipikament żgħar, b'medja ta' tużżana ħaddiema jew inqas fihom. L-unika differenza fiżika bejn ir-reġina u l-ħaddiema, jekk hemm xi differenza, jkun id-daqs medju. Fil-parti l-kbira tal- ispeċi, il-kolonja ddum ħajja staġun wieħed, anki fit-tropiċi, u n-nisa mgħammra biss (irġejjen tal-futur) jibernaw (din l-ibernazzjoni tissejjaħ [[dijapawża]]). Xi speċi għandhom staġun attiv twil u l-kolonji jilħqu l-mijiet ta' naħal. L-Ewglossini (Euglossini) jinkludu numru ta' speċi li huma primittivament ewsoċjali b'bijoloġija simili. Ċerti speċi ta' Allodapini naħal (qraba tan-naħla Xylocopa) wkoll għandhom kolonji primittivament ewsoċjali, imma għandhom interazzjoni bejn in-naħal adulti u l-frieħ li qed jiżviluppaw fuq livell mhux tas-soltu. Din tissejjaħ "[[proviżjoni progressiva]]"; l-ikel tal- larva jiġi fornut ftit ftit hija u tiżviluppa. Din is-sistema jużawha wkoll in-naħal tal-għasel u xi bombli.
 
In-naħal li huma ewsoċjali għall-aħħar jgħixu f'kolonji. Kull kolonja jkollha reġina waħda, ħafna ħaddiema u, f'ċerti stadji fiċ-ċiklu tal-kolonja, jkun fiha n-[[drone fukinaħal ????bgħula]]. Il-bejta li jipprovdu l-bnedmin għan-naħal tissejjaħ ġarra jew kaxxa tan-naħal. Ġarra tan-naħal tal-għasel jista' jkun fiha 40000 naħla fl-aqwa tas-sena, fir-rebbiegħa, iżda s-soltu jkun fiha inqas.
 
=== Il-bombli ===