Lampuna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 154:
Il-lampun fih ammonti sinifikanti ta' antiossidanti polifenoli bħall-pigmenti tal-[[antoċijanin]] li jistgħu jipproteġu kontra bost mard tal-bniedem<ref name=jafcsymp>[http://pubs.acs.org/journals/jafcau/promo/symposium/berryhealth.html ''Journal of Agricultural and Food Chemistry'' Presents Research from the 2007 International Berry Health Benefits Symposium], ''Journal of Agricultural and Food Chemistry'' ACS Publications, February 2008</ref>. L-istruttura sħiħa tal-frotta tikkontribwixxi għall-valur nutrittiv tagħha billi żżid il-proporzjon ta' fibra djetetika u tagħmilha fost il-pjanti tal-ikel bl-ogħla kontenut tal-fibra, 20% fibri mill-piż totali. Il-lampun hu sors rikk ta' [[vitamina C]], b'30 mg għal kull porzjon ta' kikkra (madwar 50% tal-valur ta' kuljum), [[manganiż]] (madwar 60% tal-valur ta' kuljum) u fibra (30% tal-valur ta' kuljum). Il-kontenut ta' [[vitamina B]] 1-3, tal-[[aċidu foliku]], tal-[[manjeżju]], tar-[[ram]] u tal-[[ħadid]] huma konsiderevoli fil-lampun<ref>[http://whfoods.org/genpage.php?tname=nutrientprofile&dbid=23 World's Healthiest Foods, in-depth nutrient profile for raspberries]</ref>.
 
Il-lampun kważi għandu l-iżjed qawwa ta' antiossidant]antiossidanti mill-frott kollu, b'mod partikolari minħabba d-densità tal-kontenut ta' aċtu ellaġiku, kwerċetina, aċtu galliku, antoċijani, ċijanidini, pelargonidini, katekini, kaempferol u aċtu saliċiliku. Il-lampun isfar u oħrajn bil-kulur ċar għandhom inqas antoċijani.
 
Minħabba l-kontenut għoli tal-antidiossanti vitamina C u l-polifenoli msemmija hawn fuq, il-lampun għandu valur tal-ORAC (kapaċità għall-assorbenza tar-radikali tal-ossiġenu) ta' madwar 4900 għal kull 100 gramma, li jqegħdu fost il-frott bl-ogħla ORAC. Il-[[mirtilla|mirtill]] salvaġġ għandu madwar 9000 unitajiet ta' ORAC u t-[[tuffieħa|tuffieħ]] għandu fil-medja 2800<ref>Wu X, Beecher GR, Holden JM, Haytowitz DB, Gebhardt SE, Prior RL, ''Lipophilic and hydrophilic antioxidant capacities of common foods in the United States'', J. Agric. Food Chem., vol. 52 ħarġa 12, paġni 4026–37, Ġunju 2004</ref>.
 
Għalkemm sal-lum ma sarx l-ebda studju kliniku li jipprova dawn l-effetti fil-bnedmin, l-effetti tal-antiossidanti u tal-antiproliferattivi (kemopreventivi) kontra l-kanċer ġew assoċjati mal-ammont ta' fenoliċi u flavonojdi f'varjetà ta' ikel fosthom il-lampun<ref>Liu M, Li XQ, Weber C, Lee CY, Brown J, Liu RH, ''Antioxidant and antiproliferative activities of raspberries'', J. Agric. Food Chem. vol.50, ħarġa 10, paġni 2926–30, Mejju 2002</ref><ref>Heinonen M, ''Antioxidant activity and antimicrobial effect of berry phenolics—a Finnish perspective'', Mol Nutr Food Res, vol. 51, ħarġa 6, paġni 684–91, Ġunju 2007</ref><ref>Cerdá B, Tomás-Barberán FA, Espín JC, ''Metabolism of antioxidant and chemopreventive ellagitannins from strawberries, raspberries, walnuts, and oak-aged wine in humans: identification of biomarkers and individual variability'', J. Agric. Food Chem., vol. 53, ħarġa 2, paġni 227–35, Jannar 2005</ref>.