Lampuna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 70:
 
Il-lampun jikber ħafna u lokalment jista' jkun invażiv. Jinfirex permess ta' rimjiet twal taħt l-art li jiżviluppaw l-għeruq u pjanti individwali. Dan jistgħu itellgħu xtieli ġodda 'l bogħod mhux ħażin mill-pjanta prinċipali. Għal din ir-raġuni, il-lampun jinfirex ħafna u jista' jimla ġnien sħiħ jekk u ma jitrażżanx.
 
Il-frott jinġabar jkun jinqala' faċilment mir-riċettaklu faċilment u jkun sar kulur skur (aħmar, iswed, vjola, jew isfar dehebi, skont l-ispeċi u l-kultivar). Dan jiġri meta l-frott ikun l-iżjed misjur u ħelu. Il-frott żejjed jista jintgħamel f'ġamm tal-lampun jew iffriżat.
 
Il-weraq jistgħu jintużaw friski jew imnixxfin f’tè erbali u mediċinali. Dawn għandhom togħma astrinġenti, u fil-[[mediċina erbali]] għandhom il-fama li huma effettivi fir-regolazzjoni taċ-[[ċiklu mestrwali]].
 
Kull-lampuna tiżen madwar 4 g, fil-medja<ref>[http://berryhealth.fst.oregonstate.edu/health_healing/fact_sheets/red_raspberry_facts.htm Health and healing fact sheets, blackberries ~ Connecting Berry Health Benefit Researchers]</ref>u huwa magħmul minn madwar 100 [[drupa]] żgħira <ref>Iannetta P. P. M., Wyman M., Neelam A., Jones C., Taylor M. A., Davies H. V., Sexton R. ''A causal role for ethylene and endo-beta-1,4-glucanase in the abscission of red-raspberry (Rubus idaeus) drupelets'', Physiol Plant, vol.110. ħarġa 4 paġni 535–543, Diċembru 2000 [http://www.blackwell-synergy.com/doi/abs/10.1111/j.1399-3054.2000.1100417.x]</ref>, li kull waħda minnhom tjikkonsisti minn polpa mmerrqa u żerriegħa waħda fin-nofs. Kull arbuxxell tal-lampun jtista' jagħti mijiet ta' bakek fis-sena. Kontra t-[[tut tal-għollieq]] il-lampun ikollu qalba vojta meta jitneħħa mir-riċettakli.
 
==Referenzi==