Klara ta' Assisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 23:
Klara twieldet f'familja nobbli, bint il-kavallier Favarone di Offreduccio. Ommha is-Sinjura Ortolana kienet mara ta' fidi kbira li nisslet fiha mħabba lejn il-foqra u lejn it-talb.
 
Meta kellha 18-il sena, missierha u ommha riedu jżewġuha lil xi kavallier iżda hi ma riditx. Kienet semgħet bi [[San Franġisk t'Assisi|Franġisku]] u l-ħajja ġdida ta' faqar li kien jgħix. Fost iż-żgħażagħ li ngħaqdu miegħu kien hemm kuġinuwha, Rufinu. Klara bdiet tiltaqa' ma' San Franġisk flimkien mal-ħabiba tal-­familja, Bona di Guelfuccio. Dan beda juriha kemm hi ħaġa sabiħa li wieħed jikkonsagra lilu nnifsu lil Alla. Dan il-kliem kien jimlieha b'ferħ kbir, u ddeċidiet li bħalu tqassam ġidha lill-foqra, tinża' minn kollox sabiex tilbes liilil Kristu u tgħix il-Vanġelu.
 
== Il-Ħarba ==