Patri Piju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''San Piju ta' Pietrelcina''', imwieled '''Francesco Forgione''', magħruf l-iktar bħala '''Patri Piju''' jew '''Padre Pio''', (Pietrelcina, [[Italja]], 25 ta' Mejju 1887 – San Giovanni Rotondo, 23 ta' Settembru 1968), kien patri Franġiskan Kapuċċin Taljan u saċerdot; qaddis ikkanonizzat mill-Knisja Kattolika li ċ-ċelebrazzjoni tal-festa tiegħu ssir fit-23 ta' Settembru, fl-anniversarju ta' mewtu.
Anke meta kien għadu ħaj ingħata venerazzjoni popolari kbira ħafna ħabba l-pjagi li kellu f'ġismu u l-mirakli li jingħad li wettaq f'ħajtu u wara mewtu. Kien ukoll oġġett ta' ħafna kritika u suspetti fi ħdan il-Knisja u barra minnha.
Linja 25:
== Bil-lieva ==
 
Dawk kienu s-snin ta’ l-[[Ewwel Gwerra Dinjija]] u Piju bħaż-żgħażagħ Taljani l-oħra nġabar bil-lieva iżda għamel biss xahar (Novembru 1915) minħabba d-deni stramb li reġa’ qabdu. It-tobba militari eżentawh għal sena u Piju reġa’ lura Pietrelcina. Bħalma kien dejjem jiġri, wara ftit ġimgħat irpilja u reġa’ beda jaqdi fil-pastorali tal-parroċċa. Xahrejn wara s-superjuri reliġjużi tiegħu ordnawlu jmur fil-kunvent ta’ Sant’Anna ġewwa Foggia iżda hemmhekk sofra wisq attakki mix-xitan li kien anke jsawtu. Meta għalqitlu s-sena eżentat mil-lieva huwa rraporta f’Napli fejn reġgħu eżentawh għal sitt xhur oħra, jiġifieri sa Ġunju 1917. F’Mejju ta’ dik is-sena, mar l-ewwel u l-unika darba f’ħajtu Ruma biex jakkumpanja lil oħtu ż-żgħira li kellha ssir soru ta’ Santa Briġida. Hija ħadet l-isem ta’ Suor Pia. Kien biss ħamsin sena wara li reġgħet rat lil ħuha, meta marret issellimlu fil-funeral tiegħu. Mietet seba’ xhur warajh, nhar it-30 t’April 1969.
 
== F’San Giovanni Rotondo ==
Linja 38:
 
L-aħbar ta’ patri bil-pjagi xterdet ma’ San Giovanni Rotondo u kważi ma’ l-Italja kollha. Is-superjuri reliġjużi nfixlu f’dik is-sitwazzjoni delikata. Il-Ministru Ġenerali tal-Kapuċċini ddeċieda li ma jitħallewx nies ikellmu lil Patri Piju u billi n-nies iktar bdew jersqu lejn il-kunvent, dan issakkar u ma kien jitħalla ħadd jidħol mingħajr il-permess tas-superjur.
 
F’ittra oħra lid-direttur spiritwali tiegħu, Patri Piju stqarr li kien iħossu “ħażin ħafna fiżikament u moralment” għax għal ħafna dawn is-sinjali kienu “sinjali ta’ kontradizzjoni”: x’uħud jaċċettawhom u jbusuhom u oħrajn jiċħduhom u jmaqdruhom. B’ordni tas-superjuri huwa kien iżommhom dejjem mgħottijin u kien ineħħi l-ingwanti biss waqt il-quddiesa. B’ordni tal-Provinċjal, tmint ijiem biss wara li seħħ il-fenomenu, ittieħdu xi ritratti tal-pjagi biex jintbagħtu Ruma lill-Kongregazzjoni tas-Sant’Uffizzju.
 
L-ewwel testijiet mediċi fuq Patri Piju saru tmien xhur wara li feġġ il-fenomenu mill-professur Romanelli minn Barletta li stqarr li ma setax jikklassifika l-pjagi xjentifikament. Professur ieħor, Amigo Bignami pprova anke jfejjaqlu l-pjagi iżda bla suċċess. Il-professuri Luigi Romanelli u Giorgio Festa ikkonkludew li mhemmx spjegazzjoni naturali tal-fenomenu. Festa rrimarka wkoll li mill-pjagi kienet toħroġ riħa ta’ fwieħa. Patri [[Agostino Gemelli]], tabib u psikologu, il-fundatur ta’ l-Universita Cattolica, ipprova jeżaminah hu wkoll iżda mingħajr suċċess għax ma kellux awtorizzazzjoni bil-miktub. Patri Piju kellu direttivi minn Ruma stess biex ma jħalli lil ħadd jeżaminalu l-pjagi. Gemelli ippubblika studju li fih sejjaħ lil Padre Piju “isteriku” f’kelma oħra “miġnun”. Kiteb hekk:
 
{{kwota|È un bluff... Padre Pio ha tutte le caratteristiche somatiche dell'isterico e dello psicopatico... Quindi, le ferite che ha sul corpo... Fasulle... Frutto di un'azione patologica morbosa... Un ammalato si procura le lesioni da sé... Si tratta di piaghe, con carattere distruttivo dei tessuti... tipico della patologia isterica.}}
Line 45 ⟶ 47:
== Sanzjonat mill-Awtoritajiet tal-Knisja ==
 
Nhar it-2 ta’ Ġunju 1922 is-[[Sant’Uffizzju]] ordna li Patri Piju jibda jqaddes biss fil-privat, ma jagħtix barka lin-nies u ma jweġibx l-ittri tan-nies. Piju kien dejjem lest jagħmel dak kollu li jkun mitlub mis-superjuri tiegħu u kien jiddispjaċih biss għal dak kollu li kien qiegħed jiġri minħabba fih. F’Mejju 1923, is-Sant’Uffizzju ħareġ dikjarazzjoni li biha widdeb lill-fidili kollha li dak li kien qed jingħad fuq Patri Piju ma kellu ebda ħjiel ta’ sopranatural. Sena wara, reġa’ wissa li ħadd m’għandu jersaq lejn San Giovanni Rotondo biex juri qima u devozzjoni lejn Patri Piju. Kemm –il darba ppruvaw ukoll iċaqilquh minn San Giovanni Rotondo iżda dan qatt ma sar.
 
F’ittra lill-Vigarju Provinċjali ta’ Foggia, Piju kiteb: