Komuniżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
Il-'''Komuniżmu''' huwa moviment soċjo-politiku li jimmira għal soċjetà bla klassijiet strutturata fuq proprjetà komuni tal-mezzi ta' produzzjoni, aċċess liberu għal artikli ta' konsum, u t-tmiem tal-proprjetà privata
 
Wieħed mill-effetti tar-Rivoluzzjoni Industrijali kien li l-ħaddiema bdew jingħaqdu bejniethom biex jiġġieldu għall-kundizzjonijiet u pagi aħjar. Hekk twieled il-proletarjat. It-twelid tal-proletarjat ġab miegħu għadd ta’ ħassieba u intelletwali b’kuxjenza soċjali. Dawn bdew jaraw kif se jgħinu lill-proletarjat jikseb id-drittijiet tiegħu. Riduh jinqata’ mix-xkiel u l-‘jasar’ tas-sinjur. Bdiet il-ġlieda bejn il-klassi tal-ħaddiema u l-klassi ta’ min iħaddem.