Don Pino Puglisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''Dun Giuseppe Puglisi''' magħruf iktar bħala '''Pino''', ([[Palermo]], [[15 ta' Settembru]] [[1937]][[Palermo]], [[15 ta' Settembru]] [[1993]]) kien [[qassis]] [[Italja|Taljan]], maqtul mill-Mafja[[mafja]] fis-56 anniversarju minn twelidu ħabba l-impenn evanġeliku u soċjali tiegħu, bla heda. Nhar il-15 ta' Settembru 1999, il-Kardinal ta' Palermo [[Salvatore De Giorgi]] fetaħ uffiċjalment il-kawża ta' [[beatifikazzjoni]] tiegħu.
 
Kappillan ta' [[Brancaccio]], kwartier żgħir u mitluq ta' [[Palermo]] fi [[Sqallija]], li għax ma beżax jeħodha kontra l-mostru tal-Mafja, safa vittma tal-kritika, imtela bid-djun u fl-aħħar dabbar tir ta' pistola f'għonqu. Don Puglisi ma kienx simbolu pubbliku tal-ġlieda kontra l-Mafja, iżda qassis trankwill li saħansitra mill-pulptu kien stieden lill-għedewwa moħbija tiegħu: "Ejjew nitkellmu u niddiskutu..."
 
L-istorja ta' ħajtu hija ta' qassis "komuni".
Linja 7:
== Il-Bidu ==
 
Iben skarpan u omm devota., Giuseppe kien il-fustani bejn żewġ aħwa subien. Ħuh il-kbir stennieh isir qassis biex iżewġu hu. Imbagħad il-"karriera" tiegħu fi ħdan il-knisja: qassis fil-kwartier mafjuż ħafna ta' Settecannoli, għalliem fis-seminarju, kappillan ta' istitut għall-orfni tal-ħaddiema, viċi-kappillan ta' Valdesi u fl-aħħar ta' 34 sena ingħata l-ewwel kariga "importanti": kappillan ta' Godrano fejn dam seba' snin.
 
Kienu seba' snin importanti għal don Giuseppe li fil-parroċċa żgħira tiegħu, li bil-kemm taqbeż l-elf ruħ, għamel ħafna esperjenzi li iktar tard kellu jiżviluppa fuq livell ogħla meta sar responsabbli miċ-ċentru Djoċesan tal-Vokazzjonijiet, professur tar-reliġjon fil-liċeo klassiku ta' Palermo u fl-aħħarnett kappillan ta' Brancaccio.
Linja 34:
 
Il-Kardinal Ersilio Tonini qal hekk fuq Puglisi: "Dan il-qassis Palermitan inqatel għax ried jeduka liż-żgħażagħ biex jirrispettaw il-liġi, lil xulxin, u l-valuri tas-sewwa. Missjoni bħal din dejjem tbeżża' lil min hu ħażin, jistgħu ikunu mafjużi jew faxxisti, dan ma jagħmilx differenza."
 
== Ħoloq esterni ==
 
* {{ikona it}} [http://www.padrepinopuglisi.net/ Sit uffiċjali]
 
{{DEFAULTSORT:Puglisi, Pino}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1937]]
[[Kategorija:Mietu fl-1993]]
[[Kategorija:Qassisin Taljani]]
[[Kategorija:Antimafja]]
 
[[cs:Giuseppe Puglisi]]
[[de:Giuseppe Puglisi]]
[[en:Pino Puglisi]]
[[it:Pino Puglisi]]