Semitiku: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Is-Semitiku mhuwiex ilsien wieħed iżda grupp ta’ ilsna mitkellma mill-popli tal-Lvant Nofsani, f’partijiet tal-Afrika u fil-gżejjer Maltin. == Oriġini tal-K...
 
Linja 24:
 
iii. Is-Semitiku tan-Nofs Inhar jinkludi l-Għarbi kollu, kemm dak Klassiku tal-[[Koran]] (Quran) kif ukoll id-diversi djaletti Għarab, fosthom il-[[Lingwa Maltija|Malti]]. F’dan il-grupp insibu wkoll l-Etjopiku, li fih l-ilsien klassiku magħruf bħala Geż, u ilsna moderni bħall-Amariku, l-ilsien uffiċjali tal-Etijopja.
 
== L-Element Semitiku fl-Ilsien Malti ==
 
Minkejja li l-Malti tħallat ħafna mal-Isqalli, it-Taljan u l-Ingliż, baqagħlu ħafna kliem semitiku u strutturi semitiċi.
 
Fost l-iktar kategoriji ta' kliem li għadhom prinċipalment semitiċi insibu:
 
1. Il-Pronomi Personali u Demonstrattivi (Jien, int, huwa, eċċ./dik, dan, dawk , eċċ.)
 
2. Il-Prepożizzjonijiet (bi, fi, ta', ma', eċċ.)
 
3. Il-Konġunzjonijiet (u, imma, jew, eċċ.)
 
4. L-Avverbji (hawn, hemm, xejn, kollox, eċċ.)
 
5. Natura (baħar, sema, ħamrija, wied, ilma, għolja, riħ, ragħad, sħab, nixxiegħa, xita, beraq, eċċ.)
 
6. Ismijiet ta' annimali, ħut , għasafar u insetti (kelb, baqra, ħmar, nagħġa, mogħża, werżieq, nemusa, nemla, naħla, dubbiena, ħuttafa, seqer, eċċ.)
 
7. Ismijiet ta' siġar, xtieli, ħxejjex u fjuri (dulliegħ, bettieħ, ħjar, qargħa, ħass, ħarrub, ballut, żebbuġ, luq, tin, ħabaq, tewm, sagħtar, ward, lellux, eċċ.)
 
8. L-istaġuni u l-jiem tal-ġimgħa (sajf, rebbiegħa, it-Tnejn, il-Ħamis, eċċ.)
 
9. Ikel u Xorb (ħobż, ħalib, laħam, inbid, għaġin, ilma, eċċ.)
 
10. Anatomija tal-ġisem (id, għonq, sieq, għadam, demm, qalb, fwied, eċċ.)
 
11. Snajja' u Għodod (ħaddied, ħajjat, naġġar, bennej, musmar, moħriet, mgħażqa, eċċ.)
 
12. Minerali u oġġetti materjali (fidda, deheb, ħadid, ġild, ħġieġ, rħam, eċċ.)
 
13. Qraba u ħbieb (omm, oħt, iben, mara, raġel, ħaten, eċċ.)
 
14. In-Numri (wieħed, erbgħa, mija, elf, xejn, kollox, eċċ.)
 
15. L-Ilwien (iswed, aħamr, abjad, isfar, aħdar, ikħal, iżraq, eċċ.)
 
16. Navigazzjoni ( ġifen, qlugħ, moqdief, mirkeb, dgħajsa, eċċ.)
 
17. Bini (dar, bejt, knisja, swar, misraħ, bitħa, setaħ, eċċ.)
 
18. Ħwejjeġ tad-dar (bieb, mejda, senduq, bieqja, muftieħ, mgħarfa, eċċ.)
 
19. Edukazzjoni (ktieb, qari, għadd, għalliem, kelma, għerf, eċċ.)