Macbeth: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 36:
=== Ir-Relazzjoni bejn il-Krudeltà u l-Virilità (Maskulinità) ===
 
Lady Macbeth timmanipula lil żewġha billi tiddubita l-viriltà tiegħu, tixtieq li hi nnifsiha tkun “bla sess,” u Macbeth jgħidilha li mara bħalha għandha twelled biss subien. Bl-istess mod kif Lady Macbeth iġġiegħel lil żewġha joqtol, Macbeth jipprovoka lill-assassini biex joqtlu lil Banquo billi jisfida l-viriltà tagħhom. Għat-tnejn li huma, il-maskulinità tfisser aggressjoni pura, u kull meta jitkellmu fuq irġulija, mill-ewwel tasal il-vjolenza. Ma jfissirx li n-nisa mhumiex ukoll għajn ta' ħażen u vjolenza. Il-profeziji tas-sħaħar jixegħlu l-ambizzjonijiet ta' Macbeth u jħeġġu l-imġiba vjolenti tiegħu; Lady Macbeth hija l-moħħ tal-kumplott; u l-unika alla fl-istorja hija [[Ekate]], l-alla mara tas-seħer. Macbeth jara l-għerq tal-ħażen u tal-kaos fin-nisa. L-aggressività fil-karattri nisa timpressjonak iktar għax ma tistennihiex minnhom. Lady Macbeth hija eżempju ta' kemm il-mara taf tkun ambizzjuża u krudili daqs ir-raġel. Finalment fid-dramm insibu definizzjoni riveduta ta' rġulija. Fix-xena fejn Macduff bil-qtil ta' martu u uliedu, Malcolm jikkunslah billi jgħidlu jieħu l-aħbar bl-"irġulija”, jiġifieri billi jara kif jagħmel vendetta minn Macbeth. Macduff jurih li għandu idea żbaljata ta' rġulija. Għall-kliem ta' Malcolm, "Iddiskutiha bħala raġel"<ref>Dispute it like a man</ref>, Macduff iwieġbu, "nagħmel hekk. Imma rrid inħossha bħala raġel"<ref>I shall do so. But I must also feel it as a man.</ref>. Lejn l-aħħar, Siward jieħu l-aħbar tal-mewt ta' ibnu b'mod pjuttost sodisfatt. Malcolm jgħidlu: "Jistħoqqlu iżjed niket [milli inti wrejt] / U jien ħa naħli fuqu"<ref>He’s worth more sorrow [than you have expressed] / And that I’ll spend for him.</ref>. Il-kumment ta' Malcolm juri li tgħallem il-lezzjoni li tah Macduff fuq in-natura sensittiva tal-vera rġulija. Juri ukoll, li bl-inkoronazzjoni ta' Malcolm, l-ordni se jiġi rinstrawrat fis-Saltna tal-Iskozja.
 
=== Ir-Re jew it-Tirann ===