Macbeth: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 10:
L-ewwel att jiftaħ qalb il-beraq u s-sajjetti bit-Tlett Isħaħar jiddeċiedu li l-laqgħa tagħhom li kien imiss kellha tkun ma' Macbeth. Suldat ferut jirraporta lir-Re Duncan tal-Iskozja li l-ġenerali tiegħu — Macbeth, ''Thane'' ta' Glamis, u Banquo — kienu għadhom kemm rebħu lin-Norveġja u lill-Irlanda, immexxijin mit-traditur Macdonwald. Macbeth, qarib tar-Re, jiġi mfaħħar għall-kuraġġ u għall-ħila militari.
Macbeth u Banquo jiddiskutu t-temp u r-rebħa li għamlu ("So foul and fair a day I have not seen"). It-Tlett Isħaħar isellmulhom bil-profeziji. Lil Macbeth, l-ewwel saħħara tindirizzah bħala "Thane of Glamis," it-tieni bħala "Thane of Cawdor," u t-tielet tħabbarlu li se jkun "Re minn hawmhawn 'l hemm." Macbeth jissumma, u Banquo jisfidahom. Lil Banquo jgħidulu li hu missier ta' nisel ta' rejiet, għalkemm hu nnifsu qatt mhu se jkun re. Kif is-sħaħar jisparixxu, jasal messaġġier tar-Re li jgħarraf lil Macbeth bit-titlu ġdid li tah ir-Re: ''Thane of Cawdor''. Hekk Macbeth jibda mill-ewwel jixxennaq li jsir re.
Macbeth jikteb lil martu fuq il-profeziji tas-sħaħar. Meta Duncan jiddeċiedi li joqgħod fil-kastell ta' Macbeth f'Inverness, Lady Macbeth taħdem pjan kif toqtlu u tassigura t-tron lil żewġha. Għalkemm Macbeth ma jkunx ċert, Lady Macbeth tikkonvinċih jimxi fuq il-pjan tagħha, meta tisfidalu l-virilità tiegħu.
Linja 18:
Macbeth jibqa' mħasseb fuq il-profezija ta' Banquo, u allura Macbeth jistiednu għal ikla u jħallas żewġ qattiela biex joqtlu lilu u lil ibnu Fleance. Lil Banquo joqtluh, imma Fleance jaħrab. Fl-ikla, l-ispirtu ta' Banquo joqgħod bil-qiegħda fil-post ta' Macbeth. Macbeth biss seta' jarah; il-mistidnin jinfixlu quddiem Macbeth jagħmel xenata quddiem siġġu vojt, sakemm Lady Macbeth tordnalhom jitilqu, għax skont hi żewġha kien ibati minn kundizzjoni ereditarja li ma kinitx perikoluża.
Macbeth jerġa' jżur lit-Tliet Sħaħar. Jagħmlulu tliet profeziji oħra: "bewareibża' Macduff," "noneħadd ofimwieled womanminn bornmara shallmhu harmħa jweġġa' 'l Macbeth" u "neverqatt vanquish'dma bejkun untilmegħlub sakemm il-masġar ta' Great Birnam Wood togħall-għolja highta' Dunsinane Hill shall come againstjiġi himkontrieh". Billi Macduff kien eżiljat l-Ingilterra, Macbeth jassumi li hu sikur; joqtol lil kull min kien hemm fil-kastell Macduff anke lil martu u lil uliedu żgħar.
Lady Macbeth tinfena bil-ħtija tad-delitti li għamlu hi u żewġha. Ituha l-ħmar il-lejl u tipprova taħsel tbajja' tad-demm immaġinarji minn idejha, il-ħin kollu titkellem fuq l-affarijiet terribbli li kienet taf.
Macduff jiġi infurmatmgħarraf li "castlel-kastell isġie surprisedattakkat f'daqqa; [his]mara wife and babesu wlied/imbiċċra Savagely slaughterb'dmos selvaġġ." Macbeth, issa meqjus bħala tirann, ħafna minn niesu ħallewh. Malcolm imexxi armata, flimkien ma' Macduff u Siward (the Elder), Earl of Northumberland, kontra Dunsinane Castle. Meta kienu kkampjati f'Birnam Wood, is-suldati jiġu ordnati jaqtgħu u jġorru l-friegħi tas-siġar biex jaħbu n-numru tagħhom u hekk titwettaq it-tielet profezija tas-sħaħar. Macbeth jagħmel il-famuż monologu "TomorrowGħada, andu tomorrowgħada, andu tomorrowgħada" kif jisma' bil-mewt ta' Lady Macbeth (probabilment suwiċidju għax Malcolm jgħid fuqha "'tismaħsub thought,li byb'ruħha selfnfisha andu violent handsjdejn vjolenti/ Took off herTemmet lifeħajjitha").
Il-battalja tilħaq il-quċċata tagħha bil-qtil taż-żagħżugħ Siward u l-konfrontazzjoni bejn Macduff u Macbeth. Macbeth jiftaħar li m'għandux minn xiex jibża' minn Macduff, għax ma jistax jinqatel "byminn anyebda manbniedem bornimwieled ofminn womanmara". Macduff jgħidlu li hu kien "fromminn his mother's wombġuf ommu/mqaċċat Untimelyqabel ripp'dil-waqt" (i.e., twieled b'ċesarja) u ma kienx "ofimwieled womanminn bornmara" (eżempju ta' sofiżma letterarja). Macduff jaqta' ras Macbeth u hekk titwettaq l-aħħar profezija.
Għalkemm Malcolm, u mhux Fleance, jieħu t-tron, il-profezija tas-sħaħar lil Banquo ("ThouĦa shaltjitwildulek get kingsrejiet") kienet magħrufamaagħrufa li kienet vera għall-udjenza ta' żmien Shakespeare: James VI tal-Iskozja(iktar tard James I tal-Ingilterra) kien meqjus bħala dixxindent ta' Banquo.
 
== Temi Ewlenin ==