Macbeth: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 38:
Lady Macbeth timmanipula lil żewġha billi tiddubita l-viriltà tiegħu, tixtieq li hi nnifsiha tkun “unsexed,” u Macbeth jgħidilha li mara bħalha għandha twelled biss subien. Bl-istess mod kif Lady Macbeth iġġiegħel lil żewġha joqtol, Macbeth jipprovoka lill-assassini biex joqtlu lil Banquo billi jisfida l-viriltà tagħhom. Għat-tnejn li huma, il-maskulinità tfisser aggressjoni pura, u kull meta jitkellmu fuq irġulija, mill-ewwel tasal il-vjolenza. Ma jfissirx li n-nisa mhumiex ukoll għajn ta' ħażen u vjolenza. Il-profeziji tas-sħaħar jixegħlu l-ambizzjonijiet ta' Macbeth u jħeġġu l-imġiba vjolenti tiegħu; Lady Macbeth hija l-moħħ tal-kumplott; u l-unika alla fl-istorja hija [[Ekate]] (''Hecate''), l-alla mara tas-seħer. Macbeth jara l-għerq tal-ħażen u tal-kaos fin-nisa. L-aggressività fil-karattri nisa timpressjonak iktar għax ma tistennihiex minnhom. Lady Macbeth hija eżempju ta' kemm il-mara taf tkun ambizzjuża u krudili daqs ir-raġel. Finalment fid-dramm insibu definizzjoni riveduta ta' rġulija. Fix-xena fejn Macduff bil-qtil ta' martu u uliedu, Malcolm jikkunslah billi jgħidlu jieħu l-aħbar b'mod “manly”, jiġifieri billi jara kif jagħmel vendetta minn Macbeth. Macduff jurih li għandu idea żbaljata ta' rġulija. Għall-kliem ta' Malcolm, “Dispute it like a man,” Macduff iwieġbu, “I shall do so. But I must also feel it as a man”. Lejn l-aħħar, Siward jieħu l-aħbar tal-mewt ta' ibnu b'mod pjuttost sodisfatt. Malcolm jgħidlu: “He’s worth more sorrow [than you have expressed] / And that I’ll spend for him”. Il-kumment ta' Malcolm juri li tgħallem il-lezzjoni li tah Macduff fuq in-natura sensittiva tal-vera rġulija. Juri ukoll, li bl-inkoronazzjoni ta' Malcolm, l-ordni se jiġi rinstrawrat fis-Saltna tal-Iskozja.
 
=== Ir-Re jew it-Tirann ===
 
Duncan dejjem jissejjaħ ir-re, “king,” filwaqt li Macbeth malajr jibda jissejjaħ it-tirann, “tyrant.” Id-differenza bejn it-tnejn toħroġ l-iktar f'Att 4, xena 3, meta Macduff jiltaqa' ma' Malcolm, l-Ingilterra. Biex jittestja l-lealtà ta' Macduff lejn l-Iskozja, Malcolm jgħidlu li hu se jkun re agħar minn Macbeth. Lil Macduff isemmilu l-kwalitajiet negattivi tiegħu bħall-għatx għall-poter personali u t-temperament vjolenti, żewġ karatteristiċi li kellu ukoll Macbeth. Mill-banda l-oħra, Malcolm jgħid, “The king-becoming graces / [are] justice, verity, temperance, stableness, / Bounty, perseverance, mercy, [and] lowliness”. Ir-re eżemplari jagħti ordni u ġustizzja lis-saltna, iżda wkoll komfort u mħabba. Taħtu, in-nies jiġu ppremjati skont il-merti tagħhom, bħal meta Duncan jaħtar lil Macbeth Thane of Cawdor wara li dan rebaħ lill-invażuri. L-iktar importanti, ir-Re jrid ikun leali lejn l-Iskozja qabel l-interessi tiegħu. Macbeth iġib biss kaos fl-Iskozja, simbolizzat mit-temp ikrah u fenomeni strambi soprnaturali, u ma jġib l-ebda vera ġustizzja, iżda biss assassinji kapriċċużi ta' dawk li jara bħala theddida. Irid jiġi megħlub minn Malcolm biex l-Iskozja jerġa' jkollha mill-ġdid re tassew.