Macbeth: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 27:
Għalkemm Malcolm, u mhux Fleance, jieħu t-tron, il-profezija tas-sħaħar lil Banquo ("Thou shalt get kings") kienet magħrufa li kienet vera għall-udjenza ta' żmien Shakespeare: James VI tal-Iskozja(iktar tard James I tal-Ingilterra) kien meqjus bħala dixxindent ta' Banquo.
 
== Temi Ewlenin ==
 
=== L-Ambizzjoni u l-Poter ===
 
It-tema ewlenija ta' Macbeth — il-qerda li ġġib l-ambizzjoni meta ma tkunx imrażżna mill-morali — toħroġ bl-akbar qawwa fiż-żewġ karattri ewlenin. Macbeth huwa ġeneral Skoċċiż qalbieni li mhuwiex inklinat normalment għall-ħażen, iżda jixtieq wisq il-poter. Joqtol lil Duncan imbagħad jinħakem mill-ħtija u mill-paranoia. Fl-aħħar jispiċċa f'ġenn iddisprat u mimli ftaħir fieragħ. Lady Macbeth, tasal għal dak li trid b'iktar determinazzjoni iżda mbagħad ma tiflaħx għar-riperkussjonijiet tal-għemil immorali tagħha. L-ambizzjoni twassalhom iwettqu attroċitajiet dejjem iktar terribbli. Meta wieħed jiddeċiedi li jibda juża l-vjolenza biex jieħu l-poter, ikun diffiċli jieqaf. Dejjem hemm theddid potenzjal għat-tron — Banquo, Fleance, Macduff — u l-użu tal-vjolenza biex wieħed jeħles minnhom jibqa' tentazzjoni attraenti.
 
 
[[af:Macbeth]]
[[ar:مكبث (مسرحية)]]