Macbeth: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
''The'It-Traġedja Tragedy ofta' Macbeth''' (magħrufa popolarment bħala ''Macbeth'') huwa dramm ta' [[William Shakespeare]] li jitratta [[reġiċidju]] (qtil ta' re) u x'ġara wara. Hija l-iqsar traġedja ta' Shakespeare u hu maħsub li nkitbet f'xi żmien bejn l-1603 u l-1607.
L-għejjun għall-ġrajja kif rakkuntata minn Shakespeare kienu l-ġrajjiet tar-Re Macbeth tal-[[Skozja|Iskozja]], Macduff, u Duncan fil-''Holinshed's Chronicles'' (1587), storja tal-[[Ingilterra]], Skozja u l-[[Irlanda]] familjari għal Shakespeare u għan-nies ta' żmienu. Madankollu l-ġrajja ta' Macbeth kif trattata minn Shakespeare ftit li xejn għandha x'taqsam mal-ġrajjiet storiċi tal-Iskozja, għax fil-verità Macbeth kien re maħbub u ta' ħila.
Fid-dinja ta' wara l-kwinti tat-teatru, xi uħud jemmnu li dan id-dramm hu misħut, u ma jsemmux it-titlu tiegħu b'vuċi għolja, imma minflok jirreferu għalih bħala "the Scottishid-dramm playSkoċċiż". Tul is-sekli, id-dramm ġibed fost l-aqwa atturi tad-dinja għall-irwolipartijiet ta' Macbeth u Lady Macbeth. Ġie addattat bħala film, għat-televixin, opra, rumanzi, komiks, u ''media'' oħra.
 
== Sinopsi ==
Linja 9:
L-ewwel att jiftaħ qalb il-beraq u s-sajjetti bit-Tlett Isħaħar jiddeċiedu li l-laqgħa tagħhom li kien imiss kellha tkun ma' Macbeth. Suldat ferut jirraporta lir-Re Duncan tal-Iskozja li l-ġenerali tiegħu — Macbeth, ''Thane'' ta' Glamis, u Banquo — kienu għadhom kemm rebħu lin-Norveġja u lill-Irlanda, immexxijin mit-traditur Macdonwald. Macbeth, qarib tar-Re, jiġi mfaħħar għall-kuraġġ u għall-ħila militari.
Macbeth u Banquo jiddiskutu t-temp u r-rebħa li għamlu ("So foul and fair a day I have not seen"). It-Tlett Isħaħar isellmulhom bil-profeziji. Lil Macbeth, l-ewwel saħħara tindirizzah bħala "Thane of Glamis," it-tieni bħala "Thane of Cawdor," u t-tielet tħabbarlu li se jkun "beRe Kingminn hereafterhawm 'l hemm." Macbeth jissumma, u Banquo jisfidahom. Lil Banquo jgħidulu li hu missier ta' nisel ta' rejiet, għalkemm hu nnifsu qatt mhu se jkun re. Kif is-sħaħar jisparixxu, jasal messaġġier tar-Re li jgħarraf lil Macbeth bit-titlu ġdid li tah ir-Re: ''Thane of Cawdor''. Hekk Macbeth jibda mill-ewwel jixxennaq li jsir re.
Macbeth jikteb lil martu fuq il-profeziji tas-sħaħar. Meta Duncan jiddeċiedi li joqgħod fil-kastell ta' Macbeth f'Inverness, Lady Macbeth taħdem pjan kif toqtlu u tassigura t-tron lil żewġha. Għalkemm Macbeth ma jkunx ċert, Lady Macbeth tikkonvinċih jimxi fuq il-pjan tagħha, meta tisfidalu l-virilità tiegħu.