Michael Jackson: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.6.2) (Bot Bidla: kk:Майкл Джексон
No edit summary
Linja 1:
{{stub|Mużika}}
 
[[Stampa:Michael Jackson 1984.jpg|180px|thumb|Michael Jackson (1984)]]
 
'''Michael Joseph Jackson''' ([[29 ta' Awissu]] [[1958]] - [[25 ta' Ġunju]] [[2009]]), magħruf aħjar bħala '''Michael Jackson''', kien mużiċista mill-[[Stati Uniti|Istati Uniti]].
 
== Tfulija ==
 
Michael Joseph Jackson twieled f’Gary, Indiana, li jagħmel parti minn [[Chicago]] fl-Istati Uniti tal-[[Amerika]], f’familja ta’ ħaddiema. Il-ġenituri tiegħu, Joe u Katherine, it-tnejn Afro-Amerikani, iżżewġu fl-1949. Kellhom familja kbira ta’ disa’ ulied – tlett ibniet u sitt subien: Rebbie, Jackie, Tito, Jermaine, La Toya, Marlon, Michael, Randy u Janet. L-ewwel tmienja twieldu bejn l-1950 u l-1961. Janet ġiet ħames snin wara. Michael trabba bħala Xhud ta’ Ġehovah, setta Kristjana, minn ommu Katherine, mara devota ħafna.
 
Il-kantant kien jibża’ ħafna minn missieru li kien strett wisq u juża ċ-ċinturin fuq uliedu meta jagħmlu xi ħaġa ħażina, xi ħaġa meqjusa normali f’dawk iż-żminijiet.
“Missieri kien jaqbad miegħi, xi ħaġa li kont nobgħod u li minħabba fiha kont nibki kuljum. Kien hemm żminijiet li meta kien jiġi jarani kont inħossni ma niflaħx u nibda nirremetti,” kien stqarr lil [[Oprah Winfrey]] fl-1993.
 
Iżda kien ukoll grazzi għal missieru li Michael u ħutu kisbu l-fama. Fil-ħamsinijiet hu kien idoqq l-R&B ma’ ħuh f’band, ''The Falcons'', li ma damitx wisq. Sakemm twieldet oħthom iż-żgħira, it-tliet subien il-kbar – Jackie, Tito u Jermaine – kienu diġà bdew il-grupp tagħhom. Michael u Marlon daħlu fih iktar tard. Missierhom ra opportunità ta’ karriera mużikali fihom li f’tiegħu ma rnexxietx u ma’ uliedu kien għalliem aħrax u kien iġegħilhom jippruvaw il-kanzunetta b’intensità kbira.
 
== ''Jackson 5'' ==
 
Meta Michael Jackson kellu għaxar snin il-''Jackson 5'' diġà kienu jdoqqu fuq livell professjonali u jduru l-klabbs. Hu beda jkanta magħhom minn mindu kellu sitt snin. Ta’ tmien snin sar il-kantant ewlieni flimkien ma’ ħuh Jermaine. F’wieħed minnhom rahom il-produttur Bobby Taylor lil ħeġġeġ lil Motown biex jagħmel kuntratt magħhom. Berry Gordy, il-fundatur ta’ Motown, kien qal li huma kienu l-aħħar stilel li ħadem magħhom. Gordy iktar tard sar il-kunjatu ta’ Jermaine ukoll.
 
Il-grupp għamel suċċess minnufih b’erba’ kanzunetti li telgħu fl-ewwel post. Permezz tagħhom kisbu ħafna ammiraturi kif ukoll programm fuq it-televixin. Iżda kellhom prezz xi jħallsu għaliex is-suċċess wara sar piż.
 
F’nofs is-sebgħinijiet il-grupp, minbarra Jermaine, imxew għal mal-Epic Records li rrekordjaw magħhom żewġ albums u d-diska ‘Enjoy Yourself’.
 
F’dawk iż-żminijiet Michael diġà kien beda jispikka. Il-produtturi tal-Epic Records, Gamble u Huff, jiftakruh jieħu interess fl-irrekordjar tat-teknoloġija u kif jinstema’. Għalihom li fl-1979 ħareġ għal rasu Off the Wall ma’ Quincy Jones bħala produttur kienet mossa tajba.
 
== Lejn il-quċċata tal-karriera mużikali ==
 
B’‘Off the Wall’ ma’ [[Quincy Jones]] biegħ 20 miljun kopja madwar id-dinja u permezz tiegħu Jackson rebaħ tliet premji importanti. Minkejja s-suċċes il-kantant ħass li xorta seta’ jagħmel ħoss akbar.
 
Fl-1982 wara li ħareġ id-diska ‘Someone in the Dark’ għall-film ''E.T the Extra-Terrestrial'' li biha kiseb Grammy għall-Aħjar Album għat-Tfal. Fl-istess sena ħareġ ‘Thriller’ u kiseb suċċess ta’ barra minn hawn. Il-kanzunetta damet fl-ewwel post għal 37 ġimgħa u fil-quċċata tas-suċċess biegħ miljun kopja fil-ġimgħa. Sal-lum id-diska biegħet mal-mitt miljun kopja madwar id-dinja u hija l-aktar waħda li nbiegħet fl-istorja tal-mużika pop. Il-vidjow tagħha, twil erbatax-il minuta, witta t-triq għal vidjows mużikali li ġew warajh inkluż ‘Scream’, li kien ħadem ma’ oħtu Janet fl-1995 li sewa $7 miljun u probabbli hu l-aktar vidjow li sewa flus. Is-suċċess tiegħu tista’ tgħid wassal għall-falliment tiegħu għax l-album ‘History’, li biegħ seba’ miljun kopja, tqies li kien falla.
 
Fl-1983 iddebutta ż-żifna magħrufa tiegħu ‘Moon Walk’ fil-programm televiżiv ‘Motown 25: Yesterday, Today, Forever’. Sena wara rebaħ tmien Grammy’s u beda l-Victory Tour ma’ ħutu. F’dan iż-żmien għamel ħbieb ma’ Paul McCartney.
Fl-1987 ħareġ l-ewwel album ‘Bad’ li għamel suċċess kbir iżda b’inqas bejgħ minn ‘Thriller’. Fl-2008 l-album laħaq biegħ it-30 miljun kopja madwar id-dinja. It-tour tal-album dam sentejn u ta 123 kunċert quddiem 4.4 miljun ruħ. It-tfal żvantaġġjati kienu jitħallew jidħlu b’xejn u mill-qligħ kien jagħti ħafna donazzjonijiet lill-isptarijiet u orfanatrofji.
 
Fl-1988 ħareġ l-ewwel awtobijografija tiegħu: ‘Moon Walk’ li ħadet erba’ snin biex titlesta. Il-laqam King of Pop ingħatalu fl-1989 minn ħabibtu l-attriċi Liz Taylor meta kien qed jagħmel ħafna flus mill-bejgħ tal-albums biss.
== Il-kulur tal-ġilda u operazzjonijiet ==
 
Jingħad li l-ewwel operazzjoni li għamel kien f’imnieħru meta kellu xi għoxrin sena wara li kissru waqt li kien jiżfen. L-operazzjoni ma kinitx ta’ suċċess għax baqa’ jbati bi problemi tan-nifs. Għalhekk baqgħu jsirulu l-operazzjonijiet fuq imnieħru.
Wara saret anki bidla f’geddumu, fil-forma tax-xagħar t’għajnejh, f’xufftejh u ħalqu u li hu jgħid li kienu riżultat tal-pubertà, telf ta’ piż, dieta stretta, bidla fl-istil tax-xagħar u dwal fuq il-palk.
 
Ħafna jsostnu li l-kantant għamel operazzjoni kożmetika biex jiċċara l-ġilda għalkemm hu jsostni li l-kulur tal-ġilda nbidel minħabba l-marda vitilgo li qabditu fl-1986 li hi marda kronika li biha l-ġilda tiċċara (depigmentation) u li għamlitu sensittiv għax-xemx.
 
== Mewtu ==
 
Lisa-Marie Presley li għamlet sentejn miżżewġa ma’ Jackson qalet li hu kien jaf li ħajtu se tintemm bħal ta’ missierha [[Elvis Presley]], li wkoll kien miet b’attakk f’qalbu tort ta’ pilloli preskritti iżda fl-età ta’ 42 sena.
“Ridt ‘insalvah’ minn dak li kien inevitabbli li għadu kif ġara. Anki familtu u min kien iħobbu xtaq ‘isalvah’ imma ħadd ma kien jaf kif…
“Kellu forza dinamika li ma kienx ta’ min ma jagħtix kasha. Meta kien jużaha fit-tajjeb kienet toħroġ l-aħjar tagħha iżda meta kien jużaha ħażin ir-riżultat kien ikun ħażin ħafna…
“Għejjejt emozzjonalment u spiritwalment nipprova nsalvah minn imġiba distruttiva… Kont mgħaddsa f’din il-kwistjoni imma jien kelli nieħu ħsieb lil uliedi wkoll. Għalhekk kelli nieħu l-aktar deċiżjoni diffiċli: li nitilqu għal xortih anke jekk kont inħobbu u ppruvajt inwaqqfu.”
“Jien fortunata li kont ersaqt daqshekk viċin tiegħu u li qattajt dawk is-snin miegħu. Nispera li issa jitneħħa mit-tbatija, pressjoni u l-inkwiet. Ħaqqu jkun ħieles minn kollox u nispera li qiegħed f’post aħjar.”
F
ilwaqt li kien qed iħejji għall-kunċert ''This Is It'' fl-2009, Jackson miet nhar il-25 ta’ Ġunju fl-eta ta’ ħamsin sena, b’attakk f’qalbu. Jidher li kienu ġew amministrati lilu mediċini qawwija bħall-propofol u l-lorazepam, u hemm min jgħid li nqatel mit-tobba. Iċ-ċerimonja tal-funeral tiegħu ixxandret dirett fuq it-televixin mad-dinja kollha, u b’kollox rawha madwar biljun ruħ.
 
 
[[Kategorija:Twieldu fl-1958|jackson, Michael]]