Klara ta' Assisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.2) (Bot Żieda: be:Клара Асізская; kosmetiċi bidliet
Linja 25:
Meta kellha 18-il sena, missierha u ommha riedu jżewġuha lil xi kavallier iżda hi ma riditx. Kienet semgħet bi [[San Franġisk t'Assisi|Franġisku]] u l-ħajja ġdida ta' faqar li kien jgħix. Fost iż-żgħażagħ li ngħaqdu miegħu kien hemm kuġinuwha, Rufinu. Klara bdiet tiltaqa' ma' San Franġisk flimkien mal-ħabiba tal-­familja, Bona di Guelfuccio. Dan beda juriha kemm hi ħaġa sabiħa li wieħed jikkonsagra lilu nnifsu lil Alla. Dan il-kliem kien jimlieha b'ferħ kbir, u ddeċidiet li bħalu tqassam ġidha lill-foqra, tinża' minn kollox sabiex tilbes lii Kristu u tgħix il-Vanġelu.
 
== Il-Ħarba ==
 
Fuq il-parir ta' Franġisku, Klara ħarbet mid-dar f'Ħadd il-Palm tas-sena 1211 u marret fil-Knisja tal­-[[Porzjunkola]] fejn Frangisku u sħabu kienu jistennewha bit-torċi f'idejhom. Hemm f’riġlejn l-altar tal-Madonna ikkonsagrat ruħha lil Alla u wara li Frangisku qatgħelha xagħarha, libbisha ċoqqa bħal tiegħu forma ta' salib. Billi San Frangisk kien jaf bit­-tempesta li kienu se jqajmu l­-familja tagħha xħin isiru jafu bil­-ħarba ta' Klara, ħadha għand is­-Sorijiet Benedittini f'Bastia, qrib Assisi. Meta qrabatha marru għaliha, Klara qabdet mal-altar, neħħiet il-velu u uriethom xagħarha maqtugħ, sinjal tal-konsagrazzjoni u l-offerta lil Alla. Meta raw li kollox kien ta' xejn ħallewha.
Linja 45:
Meta fl-1240, it-truppi Misilmin mikrija mill-Imperatur Federiku II tal-Isvevja assedjaw Assisi u kienu se jattakkaw il-kunvent ta' San Damjan, Klara talbet lil Ġesù Ewkaristija: "Mulej, ħares il-qaddejja tiegħek li Int fdejt bid-Demm għażiż tiegħek”. It-tradizzjoni tgħid li semgħet leħen bħal ta' tfajjel li weġibha: "Jien dejjem nieħu ħsiebkom." "Ħares Mulej ukoll din il-belt", kompliet titlob Klara, filwaqt li qabdet l-ostensorju, u esponietu fit-tieqa. Dawl jgħammex beżża' lill-Misilmin li ħarbu minn hemm u minn Assisi.
 
== L-aħħar snin ==
 
Mit-tnejn u erbgħin sena li Santa Klara għexet f'San Damjan, disgħa u għoxrin sena minnhom qattgħethom marida fost il-provi kollha li kellha tgħaddi minnhom, fosthom biex tiddefendi r-Regola tagħha li ġiet approvata biss lejlet il-mewt tagħha, fl-età ta' sittin sena. Sentejn biss wara mewtha, [[Papa Alessandru IV]] f'Anagni iddikjaraha qaddisa fil-15 t'Awwissu 1255.
Linja 56:
{{DEFAULTSORT:Klara}}
[[Kategorija:Qaddisin]]
 
[[an:Santa Clara d'Asís]]
[[ay:Chiara d'Assisi]]
[[be:Клара Асізская]]
[[ca:Clara d'Assís]]
[[ceb:Clara sa Asís]]