Klara ta' Assisi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 53:
Nhar is-17 ta' Frar 1958 [[Papa Piju XII]] iddikjaraha qaddisa patruna tat-televixin u tat-telekomunikazzjoni. Dan għax darba, skond it-tradizzjoni, Klara ħabba l-mard ma setgħetx tkun preżenti għall-Quddiesa tal-Milied u Alla ppermetta li jkollha viżjoni taċ-ċelebrazzjoni. Hija ukoll Patruna tal-''Brownies'' jew ''Girl Guides''.
 
== F'Malta ==
 
Fil-bidu tal-[[Ewwel Gwerra Dinjija]], it-Torok keċċew lill-Franċiżi mill-[[Art Imqaddsa]]. Il-Klarissi Franċiżi ta' [[Nazaret]] u [[Ġerusalemm]], li kienu marru hemm minn Paray-le-Monial xi 26 sena qabel, kellhom iħallu l-monasteri u l-ħsieb tagħhom kien li jmorru Lixandra, l-eqreb port, sakemm tispiċċa l-gwerra iżda l-vigarja Sr Marie-Joseph, riedet twaqqaf l-Ordni tal-Klarissi f'[[Malta]]. Waslu Malta fl-10 ta' Diċembru 1914, wara vjaġġ iebes ta' ġimagħtejn. L-Isqof [[Anġlu Portelli]] ħadhom fil-Palazz tal-Isqof biex jgħaddu l-lejl hemm. L-għada ġew milqugħa għand is-Sorijiet tal-Karità, [[Ħal Tarxien]], fejn għaddew tnax-il jum. Mons. Portelli offrielhom kunvent żgħir ż-Żabbar tas-Sorijiet Missjunarji tal-[[Eġittu]] (illum imsejħa Franġiskani Missjunarji tal-Qalb Bla Tebgħa ta' Marija) fejn daħlu għall-[[Milied]] 1914. Hemm għaddew l-erba' snin tal-gwerra. F'Novembru 1918, il-komunità bdiet taħseb biex tmur lura Nazaret, imma baqgħu erbgha biex bil-permess ta' Mons. Arcisqof [[Mauro Caruana]] jiffurmaw fondazzjoni.
 
Fl-1920 marru [[San Ġiljan (lokalità)|San Ġiljan]] f'dar: 20, Triq tal-Karmnu. Hemm il-komunità kibret u nbeda l-bini tal-monasteru. Irċevew għajnuna mhux biss minn Malta, imma minn benefatturi fl-[[Ingilterra]], l-[[Amerika]] u [[Franza]]. Is-Sur [[Alfons Maria Galea]] kien is-Sindku tas-Sorijiet u għenhom bil-mezzi kollha. L-aħħar intopp kien ix-xiri ta' biċċa art. Is-Sorijiet għamlu novena lill-[[Bambin ta' Praga]] u wegħduh li jekk jagħtihom l-art, il-knisja u l-kunvent ikunu ddedikati lilu. Kif spiċċat in-novena sar l-akkwist tal-art u l-kuntratt. It-tqegħid tal-ewwel gebla sar fit-12 ta' Awissu 1933, u fit-25 ta' Marzu 1935 l-komunità daħlet fil-monasteru ġdid li jinsab fi Triq Reġjonali, San Ġiljan.
 
[[an:Santa Clara d'Asís]]