Knisja Kattolika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 38:
=== Duttrina Dommatika ===
 
“Il-wirt imqaddes” tal-fidi:, id-''depositum fidei'' - (“Timotju, ħares dak li mogħti f’idejk” (I Tim 6,20); “Ħares it-tagħlim sabiħ mogħti lilek bil-għajnuna ta’ l-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina.” Dan id-''depositum fidei'') jinsab fit-[[Tradizzjoni]] u fl-[[Bibbja|Iskrittura]] u ġie fdat mill-[[appostli]] lill-Knisja kollha (KKK 84) Il-poplu qaddis ta’ Alla kollu, huwa u jintrabat ma’ dan il-wirt, flimkien mar-rgħajja tiegħu, jibqa’ dejjem sħiħ fit-tagħlim tal-appostli, fl-għaqda bejn kulħadd, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb, hekk li fil-ħarsien, fil-ħajja u fl-istqarrija tal-fidi li twasslitlu, ikun hemm bejn ir-rgħajja u l-fidili, għaqda fl-ispirtu tassew singulari. (''Dei Verbum'', 10)
 
Id-dmir tat-tifsir b’mod awtentiku tal-Kelma ta’ Alla ġie fdat biss lill-Maġisteru ħaj tal-Knisja, jiġifieri lill-[[isqof|isqfijiet]] li huma f’xirka mas-suċċessur ta’ San Pietru, l-isqof ta’ Ruma. (DV) Dan il-maġisteru mhux aqwa mill-Kelma ta’ Alla imma hu għall-qadi tagħha, billi jgħallem dak biss li ġie trasmess... (DV)
Linja 53:
Bil-fidi l-bniedem kollu kemm hu jintrabat personalment ma’ Alla li jirrivela lilu nnifsu. Il-fidi trid li l-bniedem jilqa’ bl-intelliġenza u r-rieda kollha tiegħu r-rivelazzjoni li Alla għamillu tiegħu nnifsu b’għemilu u bi kliemu. (KKK 176) Il-fidi hi don sopranaturali ta’ Alla. Biex jemmen il-bniedem jeħtieġ għajnuna internament (fir-ruħ) mill-Ispirtu s-Santu. (KKK 179)“Jemmen” il-bniedem ħieles li jaf x’inhu jagħmel: it-“twemmin” hu att li jaqbel mad-dinjita tal-persuna tal-bniedem. (KKK 180)
 
It-“twemmin” hu att ekklesjaliekkleżjali: Il-fidi tal-Knisja tiġi qabel il-fidi tagħna, tnissilha, tgħinha u tmantniha. Il-Knisja hi Omm dawk kollha li jemmnu. (KKK 181) Ħadd ma jista’ jkollu lil Alla bħala Missier jekk ma jkollux il-Knisja bħala Omm. (San Ċiprijanu) Il-fidi ddewwaqna minn qabel l-għarfien li jagħmilna hienja fil-ħajja ta’ dejjem. ([[Tumas t'Akwinu|San Tumas t’Aquino]])
 
=== It-Twemmin f'Alla ===
 
'''Jiena nemmen f’Alla''': l-iktar fundamentali. Il-Kredu kollu jitkellem dwar Alla, u jekk isemmi l-bniedem u d-dinja, isemmihom b’relazzjoni ma’ Alla. L-artikoli kollha tal-Kredu jiddependu mill-ewwel wieħed. (KKK 199)
 
Il-fidili l-ewwel ħaġa li jistqarru hi li jemmnu f’Alla. (Il-Katekiżmu Ruman)
 
=== It-Trinità ===
 
Il-misteru tat-Trinita Qaddisa hu l-misteru ewlieni tal-fidi u tal-ħajja Nisranija. Hu l-misteru ta’ Alla fih innifsu. Hu għalhekk il-bidu tal-misteri l-oħra kollha tal-fidi, hu d-dawl li jdawwalhom. Hu t-tagħlim l-aktar fundamentali u essenzjali tal-“ġerarkija tal-veritajiet tal-fidi.” (KKK 234) Il-ġrajja kollha tas-salvazzjoni mhijiex ħlief il-ġrajja tat-triq u tal-mezzi li bihom Alla waħdu veru: il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, wera lilu nnifsu lill-bnedmin, u wara li reġgħu lura minn dnubiethom, ħabbibhom mill-ġdid u għaqqadhom miegħu.
 
=== L-Inkarnazzjoni ===
 
Il-fidi fl-Inkarnazzjoni tassew ta’ l-Iben ta’ Alla hi sinjal li jagħżel il-fidi nisranija minn kull twemmin ieħor. (KKK 463) L-Ispirtu ta’ Alla tagħrfuh b’dan: li kull Spirtu li jistqarr li Ġesu Kristu sar bniedem, hu minn Alla. (I Ġw 4,2) Din kienet il-konvinzjoni hienja tal-Knisja sa mill-bidu tagħha meta kienet tkanta: “Kbir hu l-misteru tar-reliġjon tagħna: Hu deher fil-ġisem.”
 
=== Ir-Reżurezzjoni ta' Kristu mill-Mewt ===
 
Il-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet huwa l-qofol tal-fidi tal-Kattoliċi fi Kristu. L-ewwel komunitajiet Insara emmnuha u għexuha bħala verità fiċ-ċentru ta’ twemminhom. It-Tradizzjoni għaddietha tul iż-żminijiet bħala verita fundamentali, id-dokumenti tat-Testment il-Ġdid iffissawha, u ġiet imxandra bħala parti essenzjali tal-Misteru tal-Għid flimkien mas-salib. (KKK 638)
 
=== Il-qawma tal-imwiet u l-ħajja ta’ dejjem ===
 
Bil-mewt u l-qawmien tiegħu, Ġesu “fetħilna” s-sema. Il-ħajja tal-beati fis-sema tikkonsisti filli jkollhom il-milja tal-frott tal-fidwa li seħħet bi Kristu, li jsieħeb fil-glorja tiegħu fis-sema lil dawk kollha li emmnu fih u baqgħu fidili għar-rieda tiegħu. (KKK 1026)
 
=== Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika ===
 
Dawn l-erba’ attributi tal-Knisja... juru l-karatteristiċi essenzjali tal-Knisja u tal-missjoni tagħha. Dawn l-attributi mhumiex tal-Knisja minnha nnifisha: imma kien Kristu, permezz tal-ispirtu s-Santu, li għamel il-Knisja waħda u hu wkoll isejħilha biex tara li jseħħu dawn l-attributi tagħha. Dawn il-marki iktar milli huma provi għall-Knisja Kattolika iktar huma aspetti jew karatteristiċi fil-misteru tal-Knisja kollha u wkoll għanijiet li għadhom iridu jintlaħqu.
 
=== Duttrina Morali ===