Divorzju: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.1) (Bot Żieda: kk:Ажырасушылық
Linja 19:
 
F'Lulju 2008, il-Ministru tal-Politika Soċjali [[John Dalli]] qal li beħsiebu jqanqal dibattitu fil-Kabinett dwar il-bżonn li tiddaħħal liġi tad-divorzju. Kliem Dalli sab l-appoġġ tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
 
=== 2011: Pullicino Orlando ===
 
Nhar is-6 ta' Lulju 2010, id-Deputat Nazzjonalista [[Jeffrey Pullicino Orlando]] ressaq ''Private Member’s Bill'' fil-Parlament biex jiġi introdott id-divorzju.
Line 26 ⟶ 28:
F'Nota Pastorali fis-17 ta' Ottubru 2010, li nqrat fil-parroċċi kollha, l-Arċisqof Cremona u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech qalu li hija l-attitudni tagħna li trid tinbidel, u mhux iż-żwieġ. “Kieku Ġesù kien fostna llum u konna ngħidulu li fid-dinja kollha daħħlu d-divorzju, żgur li ma kinitx tinbidel it-tweġiba tiegħu. Kien jgħid li dak minħabba l-ebusija ta’ qalbna.” Qalu li l-ebda nisrani ma jista’ jippretendi li Ġesù kien iwieġeb li biex insaħħu ż-żwieġ, għandu jidħol id-divorzju. Wara d-divorzju, ma tistax titkellem iktar fuq żwieġ dejjiemi, stabbli, bħalma kien il-pjan ta’ Alla fil-bidu.
 
F'Novembru 2010 twaqqaf il-''Moviment Iva għad-Divorzju'', b'Deborah Schembri, ċerpersin tal-movimenti, u b'membri prominenti bħall-Membri Parlamentari Evarist Bartolo u Jeffrey Pulli­cino Orlando, iċ-Ċerpersin tal-Alternattiva Michael Briguglio u Yvonne Ebejer Arqueros mill-istess par­tit, l-eks Ministru Nazzjonalista Dr. Michael Falzon u Marlene Mizzi.
 
F'Jannar 2011 twaqqaf il-Moviment Żwieġ bla Divorzju b'esponenti bħal Dr. Andrè Camilleri u Dr. Anna Vella.
 
Fi Frar 2011, il-[[Partit Nazzjonalista]] ħa pożizzjoni kontra d-dħul tad-divorzju, iżda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ta vot ħieles lill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti. Gonzi kien tal-fehma li minħabba li m'hemmx mandat elettorali biex jidħol id-divorzju, din id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-poplu.
 
=== Ir-Referendum ===
 
Nhar is-16 ta' Marzu 2011 tressqet mozzjoni tal-Oppożizzjoni quddiem il-Parlament dwar kif għandha tkun il-mistoqsija tar-referendum li se jsir fit-28 ta' Mejju 2011, jiġifieri “Taqbel mal-introduzzjoni tal-għażla tad-divorzju f’każ ta’ koppja miż­żewġa li tkun ilha sseparata jew tkun ilha ma tgħix flimkien għal mill-inqas erba’ snin u meta ma jkun hemm l-ebda tama raġjonevoli ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-miżżewġin, fil-waqt li jkun garantit manteniment adegwat u jkunu mħarsa t-tfal?” Din għaddiet għax ivvutat għaliha l-Oppożizzjoni kollha u żewġ Membri Parlamentari Nazzjonalisti, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett. Għar-Referendum tat-28 ta' Mejju ħarġu jivvutaw 232,691 persuna jew 73% ta' dawk li kellhom dritt jivvutaw.
Line 36 ⟶ 40:
Nhar id-29 ta' Mejju 2011, l-għada tar-Referendum, tħabbar li dan għadda b’maġġoranza ta’ 53.2%, b'distakk ta' 14,576 vot. Fi tliet distretti biss – minn 13 – kien hemm iktar minn ivvota kontra l-introduzzjoni tad-divorzju: it-8 Distrett (Birkirkara eċċ.) - 52% kontra, il-11-il Distrett (Mosta eċċ.)- 54% kontra u t-13-il Distrett (Għaw­dex), fejn kważi 70% tal-elettorat espri­ma l-pożizzjoni tiegħu kontra. F’xandira rrekordjata, il-Prim Mi­nistru Lawrence Gonzi qal li għalkemm ir-riżultat ma kienx dak li xtaq hu, ir-rieda tal-maġġoranza tal-poplu se tkun irrispettata u l-Parlament se jkun qiegħed iħejji biex jilleġiżla l-introduzzjoni tad-divorzju. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Joseph Muscat sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li fiha ddikjara li b’dan ir-riżultat, bdiet titwieled Malta differenti, Malta ġdida. Huwa wera ruħu sodisfatt li fil-ġimgħat li għaddew, tkellem fil-beraħ dwar il-pożizzjoni tiegħu, minflok għażel li jistaħba. Joseph Muscat qal li huwa kburi li għamel dak kollu li huwa sewwa, minflok għażel li jagħmel dak li kien ikun l-inqas politikament riskjuż u l-aktar politikament konvenjenti.
 
=== Fil-Parlament ===
Nhar it-13 ta' Lulju 2011, għadda mill-Parlament it-tieni qari tal-abbozz ta' liġi dwar id-dħul tad-divorzju f'Malta, b'44 vot favur, 13-il vot kontra u 12-il astensjoni. Il-Priministru Gonzi u l-Ministri kollha, barra wieħed (Joseph Cassar) ivvutaw kontra jew astjenew. Il-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni vvutaw kollha favur, ħlief Adrian Vassallo li vvota kontra u [[Marie Louise Coleiro Preca|Marie-Louise Coleiro Preca]] li astjeniet. Tnax -il Membru Parlamentari Nazzjonalista vvutaw favur.
 
Nhar it-13 ta' Lulju 2011, għadda mill-Parlament it-tieni qari tal-abbozz ta' liġi dwar id-dħul tad-divorzju f'Malta, b'44 vot favur, 13-il vot kontra u 12-il astensjoni. Il-Priministru Gonzi u l-Ministri kollha, barra wieħed (Joseph Cassar) ivvutaw kontra jew astjenew. Il-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni vvutaw kollha favur, ħlief Adrian Vassallo li vvota kontra u [[Marie Louise Coleiro Preca|Marie-Louise Coleiro Preca]] li astjeniet. Tnax -il Membru Parlamentari Nazzjonalista vvutaw favur.
 
Nhar il-25 ta' Lulju 2011, b’maġġoranza ta’ 52 vot favur, 11-il vot kontra (Frederick Azzopardi, Jason Azzopardi, Tonio Borg, Giovanna De­bono, Louis Deguara, Beppe Fenech Adami, Austin Gatt, Lawrence Gonzi, Carmelo Mifsud Bonnici, Edwin Vassallo u Philip Mifsud) u 5 astensjonijiet, il-Parlament approva mill-istadju finali tat-Tielet Qari l-abbozz ta’ liġi dwar id-divorzju.
 
L-abbozz tal-liġi jonqsu biss il-firma tal-President tar-Repubblika George Abela, biex id-divorzju jidħol fis-seħħ f’Malta mill-1 ta’ Ottubru 2011.
 
Nhar il-15 ta' Lulju 2011 il-Viċi Sindku ta' Tas-Sliema Cyrus Engerer irriżenja minn kull kariga fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u ingħaqad mal-Partit Laburista. Dan għamlu għax iddiżappunta ruħu għall-mod kif il-Prim Ministru vvota fil-parlament dwar it-tieni qari tal-abbozz tal-liġi dwar id-divorzju u "l-prinċipji u l-valuri liberali u demokratiċi tiegħi huma f'kunflitt mal-prattiċi li qed jippersistu fil-Partit Nazzjonalista".