Partit Nazzjonalista (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 88.203.93.234 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 109.76.216.196
Linja 17:
== L-Ewwel Snin ==
 
Il-Partit Nazzjonalista twaqqaf fl-[[1880]] minn Dott. [gilmour[Fortunato cuschieriMizzi]], avukat [[Għawdxi]], bħala l-Partit Anti-Riformista bil-għan li jeħodha kontra d-dħul ta' miżuri fiskali mill-Gvern Kolonjali u l-angliċizzazzjoni tas-sistema ġuridika u edukattiva ta' Malta. Fuq kollox, il-Partit ried sistema rappreżentattiva ta' Gvern li kienet tirrispetta x-xewqat tal-Maltin. Il-preżenza ta' rifuġjati Taljani mir-[[Riżorġiment Taljan]] ta' xejra ta' kostituzzjonaliżmu liberali lill-partit fl-ewwel snin tiegħu (li wasslet għall-inkwiet bejn Mizzi u l-Knisja) kif ukoll marka pro-Taljana sa [[l-Ewwel Gwerra Dinija]].
 
Sa l-Ewwel Gwerra Dinija il-Partit kien maqsum bejn Astensjonisti u Anti-Astensjonisti. Tal-ewwel kienu lesti li jikkontestaw l-elezzjonijiet u jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Gvern; l-oħrajn kienu jikkontestaw l-elezzjonijiet u jirriżenjaw malli jiġu eletti bħala protesta għan-nuqqas ta' rappreżentanti Maltin fil-Kunsill.