Marie Louise Coleiro Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Marie-Louise Coleiro-Preca hija Deputat Laburista fil-Parlament Malti. Twieldet fl-1958 f’Ħal Qormi. Bint Anthony Coleiro, għalliem, u Judith imw...
 
Linja 13:
Nhar it-2 ta' Ġunju 2011, Coleiro Preca ħabbret li fiċ-ċirkostanzi kif żviluppaw mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss bħala kandidata elettorali f'isem il-Partit Laburista. Qalet li kienet diġa' infurmat lill-Kap tal-Oppożizzjoni [[Joseph Muscat]] b'din id-deċiżjoni nhar it-Tlieta 31 ta' Mejju 2011, jiġifieri jumejn wara li tħabbar ir-riżultat tar-referendum fuq id-[[divorzju]]. Fi stqarrija l-ġurnata ta' qabel, hija kienet semmiet kif kien hemm min hedded, immalafama u intimida lilha u lill-familja tagħha dwar il-pożizzjoni li kienet ħadet fil-kampanja għar-referendum, kontra d-dħul tad-divorzju.
 
Iżda tmintax-il jum wara din l-istqarrija, nhar l-20 ta' Ġunju, Coleiro Preca ħabbret li se terġa' tikkontesta mill-ġdid l-elezzjoni ġenerali li jmiss mal-Partit Laburista wara t-turija kbira ta' appoġġ u solidarjeta' li l-elettorat tas-Sitt Distrett u l-insistenza u l-ħeġġa li urew l-eluf ta' familji fid-distrett u barra minnu biex terġa' tikkounsidratikkunsidra d-deċiżjoni tagħha, ġabuha f'qagħda li kellha tirrifletti bis-sħiħ fuq id-deċiżjoni li kienet ħadet. Hi semmiet ukoll l-istqarrijiet tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat li ikkonferma li hi kienet konformi mal-linja tal-partit komplew għabbewha bil-piż biex tirrevedi d-deċiżjoni dwar il-kandidatura tagħha.
 
== Ħoloq Esterni ==
 
* [http://www.youtube.com/watch?v=toJ-JvDqIH8&feature=related Intervista ma' Coleiro Preca fil-kampanja għall-ħatra ta' Mexxej ġdid tal-Partit Laburista fl-2008]
* [http://www.youtube.com/watch?v=9CH26tiZmHU Coleiro Preca fuq id-divorzju (ONE TV)]
* [http://www.youtube.com/watch?v=YUZ0jaNIg60 Coleiro Preca fuq id-deċiżjoni tal-kandidatura tagħha għall-elezzjoni tal-2013 (ONE TV)]
 
{{DEFAULTSORT:Coleiro Preca, Marie Louise}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1958]]
[[Kategorija:Politiċi tal-Partit Laburista (Malta)]]
[[Kategorija:Politiċi Maltin]]